Il-Ġrajja Li Ġriet
Bejn id-29 u t-30 ta’ April, 2023, Inizjamed laqgħet lill-kittieb Kamerunjan Eric Ngalle Charles bħala l-mistieden speċjali tal-proġett Niġru Ġrajja.
Bejn id-29 u t-30 ta’ April, 2023, Inizjamed laqgħet lill-kittieb Kamerunjan Eric Ngalle Charles bħala l-mistieden speċjali tal-proġett Niġru Ġrajja.
Free storytelling workshop for immigrants living in Malta, with Eric Ngalle Charles, a Cameroonian writer, poet, playwright, and human rights activist based in Wales. On 29 & 30 April 2023. Book now on info@inizjamed.org or 79728891.
The next Niġru Ġrajja workshop will take place on Saturday, 18 March, at Studio Solipsis, at 3pm. Get in touch!
Maria Grech Ganado għamlet ħafna għal-letteratura Maltija, għall-ġenerazzjoni ta’ kittieba tal-lum, għall-mara. Imma għalina, li ħafna minna gawdejna mit-tagħlim tagħha, fil-klassi u lil hinn, waħda mill-iktar affarijiet prezzjużi li setgħet tagħmel magħna kienet appuntu li fetħet l-orizzonti tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta lil hinn minn xtutna.
Bejn l-20 u t-22 t’Ottubru 2022 Inizjamed ingħaqdet ma’ sħab mill-15-il pajjiż membru tar-Rotta tal-Feniċi biex tieħu sehem fil-XV-il Djalogu Ewro-Mediterranju f’Porec, il-Kroazja.
Probabbilment dawk kollha li għexu nhar is-16 t’Ottubru 2017, jiftakru fejn kienu meta waslet l-aħbar. X’kienu qed jagħmlu. Mingħand min semgħuha. X’qalu meta semgħu x’ġara. Forsi x’ma rnexxilhomx jgħidu. Minn dakinhar, ħafna affarijiet intqalu, u daqstant ma ntqalux. Fosthom li Daphne qalet wisq. Fosthom li kellha tgħid iktar, u min jaf x’kien se jkun dak li kien għad kellha tgħid. Li kliemha ġabha fejn ġabha. Li kliemha ġabna fejn qegħdin illum.
L-awturi żgħażagħ Jake Buttigieg u Matthew Schembri huma l-ewwel residenti minn Malta magħżula minn sħab il-programm artistiku ta’ Ewropa Kreattiva Ulysses’ Shelter 3. / Young artists Jake Buttigieg and Matthew Schembri are the first resident writers from Malta to be chosen by the partners of the Creative Europe Ulysses’ Shelter 3 exchange programme.
Sejħa għal residenza għal awrturi emerġenti minn Inizjamed u Ulysses’ Shelter. Skadenza: 19 ta’ Settembru 2022 / Call for residencies for emerging authors by Inizjamed and Ulysses’ Shelter. Deadline: 19 September 2022.
Claudia Gauci u Jean Paul Borg qegħdin f’Zagreb, fil-Kroazja, biex jiltaqgħu ma’ sħabna tal-proġett Ulysses’ Shelter: Literary Residency u tal-Literature Across Frontiers, waqt il-Lit link festival 2022. / Claudia Gauci and Jean Paul Borg are currently in Zagreb, Croatia, for meetings with our colleagues from the Ulysses’ Shelter: Literary Residency project, and from Literature Across Frontiers, during the Lit link festival 2022.
Matul ix-xahar ta’ Marzu, Inizjamed ikkollaborat ma’ ARC Research & Consultancy, u nnominat erba’ awturi għar-residenza organizzata minn Medinea, organizzazzjoni li toffri pjattaforma lil mużiċisti EwroMediterranji f’kuntest interkulturali. Matul ir-residenza li nżammet fl-Għarb, l-erba’ awturi ltaqgħu mal-mużiċisti u kitbu poeżija mnebbħa mill-ħsejjes tagħhom. Ix-xogħol tal-erba’ awturi, Keith Borg, Klara Vassallo, Gabriel Lia u Elena Cardona nqara minnhom stess qabel il-kunċert Medinea Session Gozo.