Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Palk Ħieles / Open Mic – 8 ta’ Lulju 2023

Palk Ħieles / Open Mic – 8 ta’ Lulju 2023

Park Hieles Open Mic v2 Cover Photo 2023.07.08

English text below.

Ingħaqdu magħna għal serata oħra ta’ Palk Ħieles organizzat minn Inizjamed, din id-darba ġewwa Għawdex, għand Żeppi’s, fil-pjazza tal-Qala, nhar is-Sibt 8 ta’ Lulju, fit-8.30pm.

Dan il-palk ħieles qed jittella’ bi tħejjija għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Il-mistiedna speċjali ta’ dan l-avveniment huma Claudia Gauci u Effie Azzopardi.

Kulħadd mistieden jaqra, jirrakkonta, jippreżenta xi ċajta jew idoqq xi ħaġa.

Narawkom!


Claudia Gauci. Ritratt ta' Giola Cassar.

Claudia Gauci

Claudia Gauci tgħallem il-Malti fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti tal-Junior College. Hija membru attiv ta’ Inizjamed, ittraduċiet għall-Malti xi kotba għat-tfal, tmexxi programm tar-radju flimkien ma’ Leanne Ellul u meta jkollha l-ħin tipprova tikteb. Max-Xatt tat-Tamarisk (Kotba Calleja) hija l-aħħar ġabra ta’ poeżiji tagħha.

Ritratt ta’ Giola Cassar.

Effie Azzopardi

Effie Azzopardi jiddefinixxi lilu nnifsu bħala entużjast tal-jazz. Beda jdoqq it-trumbetta ta’ età żgħira u daħal fid-dinja tal-jazz wara l-passi ta’ ħuh il-kbir. Huwa tgħallem idoqq waħdu bil-kotba u d-diski tal-jazz. Iħobb idoqq l-aktar fi kwartetti jew kwintetti iżda anke bħala session musician ma’ gruppi differenti. Ikun l-iktar għal qalbu meta jdoqq f’xi gig mal-ħbieb.

Ritratt ta’ Virginia Monteforte.

Effie Azzopardi


Join us for another Open Mic evening organised by Inizjamed, this time round at Żeppi’s, St Joseph Square, Qala, on Saturday 8 July, at 8.30pm.

Our special guests for the night will be Claudia Gauci and Effie Azzopardi.

This event is being organised as part of the Malta Mediterranean Literature Festival.

Come and read, tell a story, tell a joke or play a tune.

See you all very soon!