Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Naqra Traduzzjoni – 25 ta’ Jannar 2023

Naqra Traduzzjoni – 25 ta’ Jannar 2023

Naqra Traduzzjoni 2023

It-traduzzjoni hija parti essenzjali mill-identità ta’ Inizjamed. F’naqra traduzzjoni se jinqraw siltiet tradotti mill-membri ta’ Inizjamed f’workshop magħluq, imtella’ daqs ġimgħa qabel. Il-qari huwa work-in-progress, epsressjoni ta’ kreattività li hija wkoll hija work-in-progress, dejjem titbiddel u tbiddel.

Ix-xogħlijiet magħżula huwa ta’ awturi barranin u se jinqraw bil-Malti; uħud minnhom huma awturi li l-membri t’Inizjamed qed jaħdmu magħhom attwalment. L-attività qed tittella’ fi Studio Solipsis nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar u tibda fis-19:30.