Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Month: <span>April 2022</span>

Medinea f’Għawdex u poeżija

Matul ix-xahar ta’ Marzu, Inizjamed ikkollaborat ma’ ARC Research & Consultancy, u nnominat erba’ awturi għar-residenza organizzata minn Medinea, organizzazzjoni li toffri pjattaforma lil mużiċisti EwroMediterranji f’kuntest interkulturali. Matul ir-residenza li nżammet fl-Għarb, l-erba’ awturi ltaqgħu mal-mużiċisti u kitbu poeżija mnebbħa mill-ħsejjes tagħhom. Ix-xogħol tal-erba’ awturi, Keith Borg, Klara Vassallo, Gabriel Lia u Elena Cardona nqara minnhom stess qabel il-kunċert Medinea Session Gozo.