Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Kaja Teržan u Lana Pukanić ir-residenti l-ġodda ta’ Ulysses’ Shelter 3 fl-2024

Kaja Teržan u Lana Pukanić ir-residenti l-ġodda ta’ Ulysses’ Shelter 3 fl-2024

Ulysses Shelter 20230930

Inizjamed ferħana li fl-2024 ser tilqa’ lil Kaja Teržan u lil Lana Pukanić bħala r-residenti l-ġodda b’saħħet Ulysses’ Shelter 3. Il-programm huwa ikkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u l-Fond ta’ Kofinanzjar għall-NGOs tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju, bi sħubija mal-Valletta Design Cluster.

Kaja Teržan twieldet fl-1986 u trabbiet Škofja Loka u Stokkolma. Studjat il-Fakultà tal-Arti Ljubljana u bdiet tippubblika fl-2015. Il-poeżiji tagħha ġew innominati għall-premijiet Veronika u Kritiško sito u rebħulha l-premju Jenko. B’saħħet iċ-Ċentru Sloven għal-Letteratura ħadet sehem f’sessjonijiet ta’ ħidma għat-traduzzjoni Vjenna u l-Kosta Rika. Fl-2024 għandhom jidhru ġabra ta’ novelli ppubblikati minn KUD Police Dubove u poeżiji għat-tfal minn Mladinska knjiga fil-ġabra Čebelica. Ir-ritratt ta’ Kaja (lemin) huwa ta’ Naško Križnar.

Lana Pukanić twieldet Żagreb fl-1986. Studjat il-letteratura komparattiva u ggradwat b’teżi fuq it-tfuilja. Waqqfet il-portal femminist Muf u teditja s-sit Krilo. Ippubblikat “Teenage Girls and Other Monsters” ma’ Fraktura fl-2020 u mill-2017 ‘l hawn taħdem mal-Institute for Political Ecology Żagreb. Qed taħdem fuq rumanz bl-isem ta’ “Pogrebnica” (“Death Becomes Her”) bl-għajnuna finanzjarja tal-Ministeru tal-Kultura tal-Kroazja.