Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Konferenza Stampa | 28.7.17

Konferenza Stampa | 28.7.17

 

Disinn tal-artist Pierre Portelli

Inizjamed se torganizza konferenza stampa għada, it-28 ta’ Lulju, sabiex matulha tħabbar it-tnax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2017. Il-konferenza se ssir fi Studio Solipsis ir-Rabat u tibda fid-9.30am.

Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se jittella’ l-Ħamis 24, il-Ġimgħa 25, u s-Sibt 26 ta’ Awwissu, fil-Forti Sant’Iermu, il-Belt Valletta, fit-8.00pm, bis-sehem ta’ awturi ewlenin minn tmien pajjiżi, fosthom Immanuel Mifsud u Alfred Sant.

L-awturi kollha mistiedna għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival huma John Aquilina (Ir-Renju Unit/Malta), Asja Bakić (il-Bosnja Ħerżegovina), Mourid  Barghouti (il-Palestina), Lilia Ben Romdhane (it-Tuneżija), Mark Camilleri (Malta), Immanuel Mifsud (Malta), Jean Portante (il-Lussemburgu), Alfred Sant (Malta), Zoë Skoulding (Wales), Ma Thida (Myanmar), Arvis Viguls (il-Latvja), u Gjoko Zdraveski (ir-Repubblika tal-Maċedonja).

Din it-12-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, flimkien mal-laboratorju tat-traduzzjoni tal-Literature Across Frontiers, qed jittellgħu minn Inizjamed bħala parti mill-pjattaforma Literary Europe Live, ikkofinanzjat mill-programm Ewropa Kreattiva tal-UE, u kkordinat minn Literature Across Frontiers. Għadd ta’ organizzaturi ta’ festivals li bħal Inizjamed huma msieħba f’Literary Europe Live se jkunu Malta apposta biex jattendi l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival.

Minn din is-sena, sal-2019, il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta qed jittella’ bi sħab mal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti minn ftehim ta’ tliet snin magħruf bħala Cultural Agreement Partnership. Inizjamed tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill li qed jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lil dan il-festival indipendenti.

Il-Festival qed jittella’ bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, il-Fondazzjoni Valletta 2018, Heritage Malta, Studio Solipsis, il-voluntiera Tal-Kultura, u l-Għaqda tal-Malti – Università. Dan il-Festival ingħata rikoxximent internazzjonali permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe.

Il-programm tal-konferenza stampa

  • Merħba: Leanne Ellul (Inizjamed)
  • Toni Attard, Il-Kunsill Malti għall-Arti
  • Trevor Borg, testimonjanza ta’ artist dwar il-Festival
  • Joanne Attard Mallia, Fondazzjoni Valletta 2018, Poetry on Film
  • Adrian Grima, Direttur Artistiku: il-programm tal-Festival (Inizjamed)
  • L-Onor. Dr Owen Bonnici, Ministru għall-Ġustizzja u l-Kultura
  • Mistoqsijiet minn dawk preżenti
  • bibita

F’dan is-sit għandkom issibu t-tagħrif kollu meħtieġ: https://inizjamedmalta.wordpress.com.

Ritratti meħuda minn Giola Cassar, Studio Solipsis


2017_Inizjamed_Festival-62017_Inizjamed_Festival-72017_Inizjamed_Festival-212017_Inizjamed_Festival-282017_Inizjamed_Festival-302017_Inizjamed_Festival-332017_Inizjamed_Festival-402017_Inizjamed_Festival-82017_Inizjamed_Festival-452017_Inizjamed_Festival-232017_Inizjamed_Festival-442017_Inizjamed_Festival-92017_Inizjamed_Festival-352017_Inizjamed_Festival-242017_Inizjamed_Festival-102017_Inizjamed_Festival-37