Text in English below.
L-arti tal-kliem u frott in-numri
Bejn il-qxur ta’ xtaqt li kont merkurju hemm l-arti tal-kliem u frott in-numri, għax din hija pubblikazzjoni li tirrappreżenta 61 poeta minn madwar id-dinja, 24 traduttriċi u traduttur Maltin, 25 sena t’Inizjamed, u 17-il sena tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.
It-titlu xtaqt li kont merkurju huwa l-ewwel vers ta’ waħda mill-poeżiji fil-ġabra, u ngħażel għax in-natura flessibbli u trasformattiva tal-merkurju, metall likwidu, tirrappreżenta l-flessibiltà meħtieġa fil-proċess tat-traduzzjoni letterarja u l-ħila trasformattiva tiegħu. Bħalma jikteb Adrian Grima fid-daħla ta’ dan il-ktieb, mhuwiex biss it-test oriġinali li “jinħoloq mill-ġdid, imma l-lingwa li biha ssir it-traduzzjoni”.
Għalhekk, sabiex niċċelebraw din il-ġabra ta’ poeżiji li ħarġet fl-2022 u ġiet imnedija waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta tal-istess sena, se niltaqgħu nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fit-20:00 fil-Couvre Port, il-Birgu, propju minn fejn beda l-Festival. Dakinhar se jkun hemm qari minn uħud mill-aqwa poeżiji tradotti fil-Festival, kif ukoll mużika u tazza nbid.
Fost il-qarrejja se jkun hemm Keith Borg, Leanne Ellul, Antoine Cassar, Jean Paul Borg, John P. Portelli, Rita Saliba, Simone Inguanez, Ken Scicluna u l-edituri tal-istess ġabra ddedikata lil Maria Grech Ganado: Kit Azzopardi, Claudia Gauci u Justine Somerville. Noah Fabri se jagħtina numru ta’ kanzunetti minn tiegħu wkoll.
Id-dħul huwa b’xejn u s-serata se tkun bil-Malti.
Din l-attività qed tittella’ bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Din l-attività qed tittella’ wkoll bi tħejjija għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2023 li se jittella’ bejn il-21 u s-27 ta’ Awwissu. Aktar tagħrif jinkiseb mill-attività fuq Facebook.
Noah Fabri twieldet fl-1999 u studja l-antropoloġija. Tikteb il-mużika, l-proża u t-teatru. Tipparteċipa f’komunitajiet tal-arti DIY fejn tgħallmet diversi prattiċi kollaborattivi li bihom toħloq xogħolha. Hija parti mill-kollettiva mużikali Karmaġenn li ħarġu żewġ albums bejn l-2019 u l-2023. Noah huwa wkoll parti minn Geġwiġija, komunità mibnija madwar librerija temporanja.
Born in 1999, Noah Fabri studied anthropology. They write music, prose and playscripts. Noah is involved in DIY art communities, where they learnt various collaborative practices which they use to create their work. They are part of the Karmaġenn musical collective, with whom they have released two albums between 2019 and 2023. Noah is also part of Geġwiġija — a community built around a pop-up library.
61/24/25/17
xtaqt li kont merkurju binds together 61 poets from around the globe, 24 Maltese translators, 25 years of Inizjamed, and 17 years of the Malta Mediterranean Literature Festival.
Its title, xtaqt li kont merkurju, is the first line of one of the poems featured in the anthology, and was chosen because mercury’s flexible and transformative nature as a metal liquid represents the flexibility needed in the literary translation process and its transformative potential. As Adrian Grima writes in the anthology’s introduction, it is not only the original text which is “created anew, but also the language it is translated into”.
In order to celebrate this anthology, which was published in 2022 during the Malta Mediterranean Literature Festival of the same year, Inizjamed is having a poetry reading on Thursday 27th July (20:00) at Couvre Port, Birgu – the place which birthed the Festival.
Readings will be held in Maltese and there will be both music and a glass of wine. Amongst the reader of the event there will be Keith Borg, Leanne Ellul, Antoine Cassar, Jean Paul Borg, John P. Portelli, Rita Saliba, Simone Inguanez, Ken Scicluna and the editors of the anthology dedicated to Maria Grech Ganado: Kit Azzopardi, Claudia Gauci and Justine Somerville. Noah Fabri will be playing music during the event.
Entrance is free.
This event is being supported by the Birgu Local Council. This event is also being held in the run up for the Malta Mediterranean Literature Festival 2023 being held between the 21st and 27th of August. For more information visit the Facebook event.