Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed issellem lil Mario Azzopardi

Inizjamed issellem lil Mario Azzopardi

Tislima Mario Azzopardi 2022.03.16. Ritratt ta' Katel Delia.
Ritratt ta’ Katel Delia.

Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Marzu 2022, ftit jiem wara l-mewta tal-poeta Mario Azzopardi, Inizjamed għażlet li ssellimlu permezz ta’ qari ta’ poeżija tiegħu stess. Il-pubbliku ġie mistieden ġewwa l-Kixott, il-Mosta, fi spazju li kkontribwixxa għall-intimità tal-okkażjoni. Il-lejla ta’ qari estendiet għal qsim ta’ aneddotti minn persuni li kienu b’xi mod milquta minn dan il-persunaġġ, persuni li ġew ippubblikati f’rivisti studenteski minnu għall-ewwel darba u anke bħala studenti li l-lezzjonijiet tiegħu baqgħu jidwu sal-lum.

Il-qari varja minn poeżija bikrija li dehret fil-ġabra ppubblikata fl-1968 Antenni sa proża sarkastika li dehret fl-aħħar diċenju, prova tal-konsistenza u l-eklettiċità tal-poeta li ssejjaħ il-Mulej minn ħafna, li sfida l-istatus quo fis-sittinijiet u baqa’ jiġġedded sal-aħħar.

Tislima Mario Azzopardi 2022.03.16