

Il-21 edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, organizzata minn Inizjamed, se tittella’ mit-Tlieta 25 sas-Sibt 29 ta’ Awwissu 2026. Bħas-sena l-oħra, u bis-saħħa ta’ diversi kollaborazzjonijiet, din l-edizzjoni se timxi minn post għal ieħor, fosthom Spazju Kreattiv, Victoria Central, Valletta Design Cluster, Vincent’s Eco Farm, l-Arkivji Nutarili, MICAS, u t-Teatru Salesjan.
Il-qari se jkun l-aktar bil-Malti u bl-Ingliż, imma se jinqraw ukoll xi xogħlijiet qosra bil-lingwi oriġinali. Dawn ix-xogħlijiet se jkunu jistgħu jiġu esperjenzati waqt laboratorji ta’ kitba, qari intimu, panels, u intervisti. Ħafna mill-avvenimenti huma bla ħlas u jistiednu lill-udjenza jkunu protagonisti huma wkoll.
Il-21 edizzjoni qed tittella’ bi sħab mal-Kunsill Malti għall-Arti u bl-għajnuna ta’ Versopolis. Il-Festival qed jikkollabora ma’ Spazju Kreattiv u għandu wkoll l-għajnuna tal-APS Bank, l-Għaqda tal-Malti — Università, l-Istituto Italiano di Cultura di La Valletta, TheDataKnitters, Merlin Publishers, Merlin Library, il-Fondazzjonali tal-Arkivji Nutarili, u t-Teatru Salesjan.
L-Awturi
Hammed Aboud (Is-Sirja/l-Awstrija)
Batool Abu Akleen (Il-Palestina/Franza)
Keith Borg (Malta)
Jen Calleja (Ir-Renju Unit)
Claire Lajus (Franza)
Rosaria Lo Russo (L-Italja)
Karl Schembri (Malta/il-Kenja)
Il-Programm Kollu
In-Numri tal-Baħar – Esebizzjoni
Skopri l-poeżija permezz tan-numri, il-viżwalizzazzjoni u l-mużika f’In-Numri tal-Baħar.
📆 25–30.08
📍 Spazju Kreattiv
🎟️ Dħul b’xejn
Baħar Imb Baħar
Minn baħar għal ieħor: ingħaqdu magħna għal qari online mimli vuċijiet u lingwi differenti.
📆 25.08 • 2pm
💻 Online • B’xejn
Palk Ħieles
Il-palk hu tagħkom! Ingħaqdu magħna għal lejla ta’ kitba, mużika u stejjer f’Għawdex.
📆 25.08 • 8pm
📍 Victoria Central, Għawdex
🎟️ Dħul b’xejn
Qari Qsajjar – Karl Schembri u Jen Calleja
Żewġ vuċijiet distinti f’żewġ laqgħat qosra u intimi: Karl Schembri u Jen Calleja.
📆 26.08 • 4.30–5pm
📍 Cinema Foyer, Spazju Kreattiv
🎟️ B’xejn
Parables, Thruths, and In-Betweens
Fejn tispiċċa l-verità u tibda l-finzjoni? Keith Borg u Jen Calleja jiddiskutu l-istejjer li bihom nifhmu d-dinja.
📆 26.08 • 5.30pm
📍 Valletta Design Cluster
🎟️ Free
Poetry Film Night + Panel + Tnedija ta’ In-Numri tal-Baħar
Lejla fejn il-poeżija tiltaqa’ mal-film, segwita minn diskussjoni u t-tnedija ta’ In-Numri tal-Baħar.
📆 26.08 • 7pm
📍 Spazju Kreattiv Cinema
🎟️ €5
Hear Our Voices
Waqt il-lejla tal-films, tfal bejn it-8 u l-14-il sena huma mistiedna jesploraw l-istejjer, il-protesta u d-dritt li jinstemgħu.
📆 26.08 • 7–8.30pm
📍 Spazju Kreattiv
🎟️ B’xejn, booking meħtieġ
Tradutturi / Tradituri
Ara test isib ħajja ġdida waqt sessjoni interattiva ta’ traduzzjoni live ma’ Clare Azzopardi.
📆 27.08 • 11am
📍 Valletta Design Cluster
🎟️ B’xejn, booking meħtieġ
Qari għal Nofsinhar: Bukkun, Ktieb u Kwinti
Bukkun, ktieb u ħarsa wara l-kwinti: qattgħu nofsinhar mal-kittieba tal-Festival.
📆 27.08 • 1pm
📍 Il-Bar, Teatru Salesjan
🎟️ B’xejn
Qari Qsajjar – Claire Lajus u Keith Borg
Iltaqgħu mill-qrib max-xogħol ta’ Claire Lajus u Keith Borg f’żewġ sessjonijiet qosra ta’ qari.
📆 27.08 • 6–6.30pm
📍 Cinema Foyer, Spazju Kreattiv
🎟️ B’xejn
The Poetics of Motion
Erba’ poeti, lingwi differenti u perspettivi fuq il-moviment, l-ispostament u t-trasformazzjoni.
📆 27.08 • 8.30pm
📍 Vincent’s Eco Farm
🎟️ €5
Qari Qsajjar – Hamed Abboud, Rosaria Lo Russo, Batool Abu Akleen
Tliet vuċijiet minn tliet realtajiet differenti: Hamed Abboud, Rosaria Lo Russo u Batool Abu Akleen.
📆 28.08 • 4–4.45pm
📍 Cinema Foyer, Spazju Kreattiv
🎟️ B’xejn
Translation Masterclass with Praspar Press
Esploraw l-arti u l-prattika tat-traduzzjoni letterarja ma’ Jen Calleja u Kat Storace ta’ Praspar Press.
📆 28.08 • 5–7.30pm
📍 Valletta Design Cluster
🎟️ €50 • €25 għall-istudenti
Id-Deni li Jibqa’
Jean Paul Borg jiltaqa’ ma’ Karl Schembri għal diskussjoni dwar Eħlisna mid-Deni, il-kitba u l-memorja.
📆 28.08 • 8pm
📍 Notarial Archives Foundation
🏛️ Żjarat iggwidati: 6.30pm, 7pm u 7.30pm
🎟️ €5
Seb’awturi jidħlu l-MICAS
Seba’ awturi jidħlu l-MICAS għal-lejla finali tal-Festival, bil-mużika ta’ Troffa Ħamra u festin tal-għeluq ma’ DJ Bob.
📆 29.08 • 8pm
🎧 Closing Party • 10pm
📍 MICAS
🎟️ €5 — il-festin inkluż

