Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Palk Ħieles — 26 ta’ Marzu 2021

Palk Ħieles — 26 ta’ Marzu 2021

Engish version below.

Il-Palk Ħieles jirritorna waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, din id-darba b’mod virtwali – tinsiex tirreġistra sabiex taqsam magħna kull tip ta’ poeżija, proża, kanzunetta jew stand-up.

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus qiegħed għal darb’oħra qed jikkollabora ma’ Inizjamed sabiex naqsmu l-entużjażmu tagħhom lejn il-letteratura, billi noffru spazju għal kull min jixtieq jaqsam xi bċejjeċ letterarji mal-udjenza. Wieħed jista’ jaqra xi poeżija, storja, jagħmel xi stand up, ikanta kanzunetta oriġinali jew jesprimi dak li jaħseb jista’ jkun relevanti ma’ din l-udjenza. L-interventi jistgħu jkunu bi kwalunkwe djalett jew lingwa.

Palk Hieles 2021.03.26

Il-Mistiedna Speċjali: Mark Doty

Mark Doty 1

Kburin bil-preżenza tal-poeta u kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi Mark Doty, il-mistieden speċjali tal-Festival. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Elliot, u rebaħ anki n-National Book Award fl-Amerka. Doty, li spiss tqabbel ma’ James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy, se jaqra biċċiet mill-poeżiji u l-memoirs tiegħu.

Il-Mistiedna Speċjali: Teodor Reljić

Ma’ Doty se jingħaqad il-kittieb lokali Teodor Reljić. Reljić, li twieled Belgrad (1985) imma trabba Malta (1992-), jikteb stejjer fittizji, jaħdem għal rasu fl-ikkuppjar ta’ testi u huwa kritiku tal-films. L-ewwel rumanz tiegħu, Two, kien ippubblikat minn Merlin Publishers. Kien ippubblikat ukoll minn Weird Fiction Review, Le Monde n’est pas rond u Filmkrant. Studja l-Ingliż u ġab Maġisteru fih fl-2010 mill-Università ta’ Malta.

Ħoloq

Biex tieħu sehem, ingħaqad magħna hawn: https://universityofmalta.zoom.us/j/99540666943?pwd=OFN3cW5PVEFOOUdKM0d1dGpIdk95QT09
Jekk trid issegwi biss, idħol hawn: https://www.youtube.com/watch?v=Muwfdy9D62E


Open Mic — 26 March 2021

Inizjamed’s Open Mic returns for the Campus Book Festival (CBF), this time in a virtual setting – don’t forget to register to share with us all kinds of poetry, stories, songs or stand-up. The CBF is once again collaborating with Inizjamed to share their enthusiasm towards literature by offering a platform for anybody wishing to share literary excerpts they are passionate about.

One can read a poem, a story, do any sort of stand up, sing an original song or express anything deemed shareable with an audience. Perform in Maltese, English, or any other language. Or just sit back and enjoy the show.

Palk Hieles 2021.03.26

Special Guests: Mark Doty

Mark Doty 1

Our esteemed guest for this edition is American poet and memoirist Mark Doty, winner of the T.S. Eliot Prize and the U.S. National Book Award. Doty, often compared to James Merrill, Walt Whitman and C.P. Cavafy, will read excerpts from his poetry and memoir writing.

Special Guests: Teodor Reljić

Joining Doty is local writer Teodor Reljić. Born in Belgrade (1985) but raised in Malta (1992-present), Teodor Reljić is a writer of fiction and a freelance feature and copywriter. His debut novel, Two, is published by Merlin Publishers. He has previously been published in Weird Fiction Review, Le Monde n’est pas rond and Filmkrant. He read English and obtained his Master’s degree from the University of Malta in 2010.

Links

To take part, join us through this link: https://universityofmalta.zoom.us/j/99540666943?pwd=OFN3cW5PVEFOOUdKM0d1dGpIdk95QT09
Click here if you would simply like to watch: https://www.youtube.com/watch?v=Muwfdy9D62E