Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Films 2023

Il-Films tal-Poeżija li se jintwerew waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2023


Lura għad-dettalji prinċipali | Go back to the main details

Banner Crop FMLM2023 Cover 04

Text in English below.


Zyklus

Għandna bżonn nitkellmu dwar id-demm. Fil-bidu tal-pirjid tagħha kellha uġigħ tremend, bugħawieġ u sturdament. Tħossha kkalzrata u ddominata mill-uġigħ tagħha, tagħmel minn kollox biex teħles minnu. Tfittex l-għajnuna u ’l min jifhimha fil-mediċina imma ma ssib xejn minn dan. Ikollha tiddependi biss minnha nnifisha, tperreċ dak li s-soltu ħadd ma jrid jara. Turi demmha u l-uġigħ tagħha. Turi lilha nnifisha vulnerabbli u tissara.

Film ta’ Jonas Schmieta ispirat minn poeżija ta’ Eva Matz li tieħu sehem fih.

Ingħata Semmija Speċjali mill-ġurija taż-ZEBRA Poetry Film Festival fl-2022, il-Premju tal-Ġurija fl-2021 waqt il-Filmfest Bremen, il-Premju tal-Udjenza fl-2022 waqt l-Internationale Thüringen PoetryFilmTage u ġie ddikjarat Poetry Clip Winner fit-2022 Uwe-Kaschinski-Preis.


L.O.M.L.

Il-film L.O.M.L., li nħadem fl-2016 minn Gilbert Calleja u Matthew Attard bis-sehem ta’ Mimi Cauchi, wara sejħa għall-proposti għall-proġett Poetry on Film (immexxi minn Inizjamed flimkien mal-Fondazzjoni Valletta 2018), tnebbaħ mill-poeżija Tibqa’ Int ta’ Raymond Mahoney u se jintwera, appuntu bħala tislima lill-poeta li ħalliena f’Lulju 2023.

Il-poeżija ddur mal-imħabba u tax-xewqa li huma ukoll preżenti fil-film.

Il-film jindirizza diversi mistoqsijiet: x’tip ta’ interazzjoni qed ikollna ma’ dawk li nixtiequ? Kif l-internet u l-teknoloġiji virtwali biddlu l-modi li bihom nilħqu kumdità virtwali? Kif timmanifesta ruħha x-xewqa f’dinja invażata b’immaġnijiet sesswali?

Billi jqajjem dawn il-mistoqsijiet flimkien m’oħrajn, L.O.M.L. ifittex li jpoġġi f’dubju mal-klixejiet marbuta mal-imħabba u mal-ossessjoni billi jpoġġu r-romantiċiżmu poetiku ta’ Mahoney fid-dawl taċ-ċiniżmu ta’ żmienna.


IMAGININGS

Il-film Imaginings (Anja Hiddinga, 2022) inħadem flimkien mal-kollettiva tal-poeti nieqsa mis-smigħ li jisimha Kitchen’s Light. Fil-film, in-narraturi jirrakkuntaw l-istejjer tagħhom permezz ta’ lingwa tas-sinjali poetika waqt li jeżegwixxu Walls and Dreams. Permezz t’hekk, jaqsmu l-esperjenzi u l-ħsibijiet tagħhom mal-ispettaturi b’enfasi u b’mod li jassorbik.

Kitchen’s Light hija kollettiva li tippreżenta siltiet poetiċi bl-ilsien nattiv tal-membri tagħha, il-Lingwa tas-Sinjali Olandiża (NGT). Kitchen’s Light ġiet iffurmata fl-2019 wara sensiela ta’ workshops mal-artist tal-kelma mitkellma Elten Kiene. Individwalment jew kollettivament, il-membri jeżegwixxu ‘kelma sinjalizzata’, poeżija bis-sinjali klassika, ‘vernakular viżwali’ (ġeneru partikolari għall-lingwi tas-sinjali), rakkuntar tal-istejjer, traduzzjonijiet poetiċi (pereżempju ta’ kanzunetti).

Anja Hiddinga hija produttriċi tal-films Olandiża li għamlet diversi films dwar in-nuqqas tas-smigħ, inkluż ħames poeżiji bil-lingwa tas-sinjali (Bewogen, 2005), id-dokumentarju I gesture, I live (2012) u l-film qasir Embodiment of Conflict (2022) dwar il-kontroversja fuq l-istatus tal-lingwa tas-sinjali. Hija wkoll riċerkatriċi u lettriċi fid-Dipartiment tal-Antropoloġija fl-Università ta’ Amsterdam.

Il-film rebaħ ir-Ritter Sport Film Award fl-2022 waqt iż-ZEBRA Poetry Film Festival.



FMLM2023 FB Cover FMLM 20 Simple

The Poetry Films that will be screened during the Malta Mediterranean Literature Festival 2023


Zyklus

We need to talk about blood. She has been accompanied by severe pain, cramps and fainting spells since the beginning of her period. She is imprisoned and dominated by her pain, from which she tries to free herself. She looks for help, in medicine, she looks for understanding, but she finds neither. Thrown back on herself, she makes visible that which is so often looked away. She shows her blood and her pain. She shows herself vulnerable and struggling.

A film by Jonas Schmieta from a poem by Eva Matz and featuring herself.

Awarded a Special Mention by the jury of the 2022 ZEBRA Poetry Film Festival, the Jury Prize of the 2021 Filmfest Bremen, the Audience Award of the 2022 Internationale Thüringen PoetryFilmTage, and declared the Poetry Clip Winner of the 2022 Uwe-Kaschinski-Preis.


L.O.M.L.

Produced in 2016 by Gilbert Calleja u Matthew Attard, in collaboration with Mimi Cauchi, following a call for proposals for the Poetry on Film project (run by Inizjamed in conjunction with Valletta 2018), L.O.M.L. is based on Raymond Mahoney’s poem Tibqa’ Int, and is going to be screened in tribute to the poet who passed away in July 2023.

The poem revolves around love and desire which transpires in the poetry film itself. The film tackles several questions: what interactions are we having with those we desire? How did the internet and virtual technologies alter our ways of achieving virtual comfort? How does desire manifest itself in a world awash with sexual imagery?

By raising these questions among others, L.O.M.L. seeks to question the usual clichés pertaining to love and obsession by juxtaposing Mahoney’s poetic romanticism alongside the cynicism of our times.


IMAGININGS

The film Imaginings (Anja Hiddinga, 2022) was made in collaboration with the deaf poets’ collective Kitchen’s Light. In the film the performers tell their stories in poetic sign language through their performance of Walls and Dreams. In an urgently engaging manner, they share their experiences and thoughts with the viewer.

Kitchen’s Light is a collective which presents poetic pieces in members’ native language, Dutch Sign Language (NGT). Kitchen’s Light was formed in 2019, following a series of workshops by spoken word artist Elten Kiene. Individually or collectively, members perform ‘signed word’, classic sign poetry, ‘visual vernacular’ (a genre special to sign languages), story-telling, poetic translations (e.g. of songs).

Anja Hiddinga is a Dutch filmmaker who has made several films about deafness including five poems in sign language (Bewogen, 2005), the documentary I gesture, I live (2012) and the short film Embodiment of Conflict (2022) about the controversy over the status of sign language. She is also a researcher and lecturer at the Anthropology Department of the University of Amsterdam.

Winner of the Ritter Sport Film Award at the 2022 ZEBRA Poetry Film Festival.