Rena Balzan

Kittieba Mistiedna
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

English version below.

Rena Balzan. Photo by Mario Mintoff.
Rena Balzan. (Mario Mintoff.)

Rena Balzan hija poeta u rumanziera stabbilita Maltija. Hija ppubblikat erba’ rumanzi bil-Malti: Fil-Firda l-Għażla (1981); Il-Ħolma Mibjugħa (1982); Ilkoll ta’ Nisel Wieħed (l-1el edizzjoni, 1987, it-2ni edizzjoni, 1988); u Fiż-Żifna tal-Ibliet (1995). Ir-rumanz Ilkoll ta’ Nisel Wieħed ġie maqlub għall-Inqliż minn Antoinette Pace u ġie ppubblikat fl-Istati Uniti bit-titlu Bonds in the Mirror of Time (2014). Hija ppubblikat ukoll ġabra ta’ poeżiji u stejjer qosra taħt it-titlu Ilwien Moħbija (1973), kif ukoll kienet ko-awtriċi f’żewġ ġabriet ta’ poeżija bit-titlu Turġien (1983) u Alfa (2000). Uħud mill-poeżiji tagħha ġew tradotti għall-Ingliż, Franċiż, Taljan u Ġermaniż.

Rena Balzan ippubblikat ukoll diversi xogħlijiet xjentifiċi f’ġurnali riveduti inter pares. Hija ggradwat fil-Farmaċija mill-Università ta’ Malta; speċjalizzat fil-Ġenetika fl-Università tal-Istat ta’ Milan, l-Italja, u kisbet dottorat fil-Bioloġija Bioteknoloġika/Molekulari mill-Università ta’ Cranfield, tar-Renju Unit. Għal ħafna snin ħadmet ta’ Professur Assoċjat fil-Bioloġija Ġenetika u Molekulari fil-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurgija. Fil-preżent qiegħda taqdi r-rwol ta’ Konsulent Superjuri tar-Riċerka fl-istess Fakultà. #FMLM2019


Rena Balzan

Guest Author
Malta Mediterranean Literature Festival 2019

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019

Rena Balzan is an established poet and novelist in Malta. She has published four novels in Maltese with the following titles: Fil-Firda l-G˙aΩla  (1981);  Il-Óolma st nd Mibjug˙a (1982); Ilkoll ta’ Nisel Wie˙ed (1  edition, 1987; 2  edition, 1998); FiΩ- Zifna ta’ l-Ibliet (1995). The novel Ilkoll ta’ Nisel Wie˙ed has been translated into English by Antoinette Pace and published in the USA with the title Bonds in the Mirror of Time (2014). She has also published a book of poems and short stories with the title Ilwien Mo˙bija (1973), and two poetry books as co-author entitled Tur©ien (1983) and Alfa (2000).  Some of her poems have been translated into English, French, Italian and German.

Rena Balzan has also published several scientific publications in peer-reviewed journals. She graduated in Pharmacy at the University of Malta; specialized in Genetics at the State University of Milan, Italy, and obtained a PhD in Biotechnology/Molecular Biology from Cranfield University, U.K.  For several years, she was Associate Professor in Genetics and Molecular Biology at the Faculty of Medicine and Surgery of the University of Malta where, at present, she is Senior Research Adviser. #MMLF2019


Din is-sena l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta jirritorna fil-Forti Sant’Iermu, fejn fl-iljieli tat-22, 23 u 24 t’Awwissu se jlaqqgħakom mal-kittieba mistiedna bil-qari tax-xogħlijiet oriġinali tagħhom, kif ukoll permezz tal-intervisti. Se jkun hemm il-film tal-poeżija minn Malta, imsejjes fuq il-poeżija Natura Morta ta’ Joe Friggieri, kif ukoll films magħmulin lil hinn minn xtutna.

Il-festival hu ferm ikbar, però, minn dak li jseħħ matul dawk it-tlitt ijiem, u jiġbor fi ħdanu sensiela ta’ avvenimenti li jibdew fi ftit ġimgħat. Segwu dan is-sit u l-paġni tagħna fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni. #FMLM2019

This year’s Malta Mediterranean Literature Festival will be returning home to Fort St Elmo, Valletta, for the nights of 22, 23 and 24 August. The guest authors will be reading their original work, and you will get to know them better through the Q&As. The Poetry on Film series will be reprised with a short based on Joe Friggieri’s poem Natura Morta, which will also be joined by other films from abroad.

Whilst the culmination will be on those three days, the festival is actually so much than that. A series of events leading up to the festival, will be starting in a few weeks; stay tuned to this website, and follow us on Facebook and Instagram to keep up to date. #MMLF2019

3 Comments

  1. Pingback: Il-Kittieba Mistiedna 2019 - INIZJAMED

  2. Pingback: Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019 - INIZJAMED

  3. Pingback: The Full Programme for the Malta Mediterranean Literature Festival 2019 - INIZJAMED

Comments are closed.