Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Minn Għala Widnejna – 22 ta’ Ottubru 2021

Minn Għala Widnejna – 22 ta’ Ottubru 2021

Minn ghala widnejna

Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru, 2021, Inizjamed se torganizza serata differenti mis-soltu.

Se jkollna DJ, se jkollna tliet poeti, se jkollna mużika li għall-bidu se timla l-ispazju ta’ fejn se nkunu permezz ta’ speakers, u mbagħad poeżija li se tgħaddi minn għala widnejna, permezz tal-poeti u s-sistema ta’ silentdisco – kulħadd se jingħata sett headphones u l-poeżiji se jidħlu personalment għandna minnhom.

Matul il-qari tal-poeżija se tindaqq xi ftit mużika magħżula mill-poeti wkoll. Id-DJ tagħna, se jkun DJ Bob, assoċjat sew mal-mużika alternattiva u l-party Spots & Stripes.

Tibda l-poeta żagħżugħa Klara Vassallo, u warajha Claudia Gauci u Norbert Bugeja se jikkolaboraw flimkien permezz tax-xogħlijiet tagħhom, uħud minnhom ippubblikati, uħud minnhom waslu biex.

20:00 – 21:00Mużika minn DJ Bob
21:00 – 22:00Qari tal-poeżija minn Klara Vassallo; Claudia Gauci u Norbert Bugeja
22:00 – Mużika minn DJ Bob

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn showshappening.com.

Post: Beachaven, ix-Xemxija.

Din is-serata hija miftuħa għal dawk minn sbatax-il sena ’l fuq.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin huwa obbligatorju u jeħtieġ li tinżamm id-distanza soċjali matul l-avveniment kollu.