Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Category: <span>Ġenerali</span>

Grazzi, Maria!

Maria Grech Ganado għamlet ħafna għal-letteratura Maltija, għall-ġenerazzjoni ta’ kittieba tal-lum, għall-mara. Imma għalina, li ħafna minna gawdejna mit-tagħlim tagħha, fil-klassi u lil hinn, waħda mill-iktar affarijiet prezzjużi li setgħet tagħmel magħna kienet appuntu li fetħet l-orizzonti tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta lil hinn minn xtutna.

Għal Daphne, għall-kliem, għall-kuluri

Probabbilment dawk kollha li għexu nhar is-16 t’Ottubru 2017, jiftakru fejn kienu meta waslet l-aħbar. X’kienu qed jagħmlu. Mingħand min semgħuha. X’qalu meta semgħu x’ġara. Forsi x’ma rnexxilhomx jgħidu. Minn dakinhar, ħafna affarijiet intqalu, u daqstant ma ntqalux. Fosthom li Daphne qalet wisq. Fosthom li kellha tgħid iktar, u min jaf x’kien se jkun dak li kien għad kellha tgħid. Li kliemha ġabha fejn ġabha. Li kliemha ġabna fejn qegħdin illum.

L-ewwel awturi residenti Ulysses’ Shelter 3

L-awturi żgħażagħ Jake Buttigieg u Matthew Schembri huma l-ewwel residenti minn Malta magħżula minn sħab il-programm artistiku ta’ Ewropa Kreattiva Ulysses’ Shelter 3. / Young artists Jake Buttigieg and Matthew Schembri are the first resident writers from Malta to be chosen by the partners of the Creative Europe Ulysses’ Shelter 3 exchange programme.

Inizjamed / Ulysses’ Shelter / Lit Link 2022

Claudia Gauci u Jean Paul Borg qegħdin f’Zagreb, fil-Kroazja, biex jiltaqgħu ma’ sħabna tal-proġett Ulysses’ Shelter: Literary Residency u tal-Literature Across Frontiers, waqt il-Lit link festival 2022. / Claudia Gauci and Jean Paul Borg are currently in Zagreb, Croatia, for meetings with our colleagues from the Ulysses’ Shelter: Literary Residency project, and from Literature Across Frontiers, during the Lit link festival 2022.

Medinea f’Għawdex u poeżija

Matul ix-xahar ta’ Marzu, Inizjamed ikkollaborat ma’ ARC Research & Consultancy, u nnominat erba’ awturi għar-residenza organizzata minn Medinea, organizzazzjoni li toffri pjattaforma lil mużiċisti EwroMediterranji f’kuntest interkulturali. Matul ir-residenza li nżammet fl-Għarb, l-erba’ awturi ltaqgħu mal-mużiċisti u kitbu poeżija mnebbħa mill-ħsejjes tagħhom. Ix-xogħol tal-erba’ awturi, Keith Borg, Klara Vassallo, Gabriel Lia u Elena Cardona nqara minnhom stess qabel il-kunċert Medinea Session Gozo.

Inizjamed tiffirma konvenzjoni favur il-paċi fil-Mediterran

Inizjamed ingħaqdet mal-familja dejjem tikber ta’ awtoritajiet muniċipali u organizzazzjonijijet mis-soċjetà ċivili f’appoġġ għal konvenzjoni favur il-paċi fil-Mediterran. / Inizjamed joined the growing family of municipal authorities and civil society organisations, in support of a convention for peace in the Mediterranean.