Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Taħt Qamar Kwinta / Under a Full Moon – 1 ta’ Lulju 2022

Taħt Qamar Kwinta / Under a Full Moon – 1 ta’ Lulju 2022

Taħt Qmar Kwinta / Under a Full Moon - Banner

English version below.

Nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju, wara li tinżel ix-xemx, tittaffa l-għomma u jibda jibbrilla ftit il-qamar, il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz u Inizjamed se jtellgħu flimkien il-lejla Taħt Qamar Kwinta.

Fit-20:00, il-pubbliku se jkun mistieden għal Palk Ħieles, fil-bitħa tal-iskola primarja ta’ San Lawrenz, li fih kulħadd jista’ jaqsam mal-pubbliku xi ħaġa li kiteb, xi rakkont orali, jew xi kanzunetta. Kull lingwa, kull djalett huma merħba bihom, aktar kemm jiżżewqu, aktar aħjar.

Fit-20:30, Trevor Żahra se jkompli bil-lejla. Żahra magħruf kemm maż-żgħar u kemm mal-kbar, u l-ħafna ħafna xogħol letterarju tiegħu ġie rikonoxxut mill-Eċċ.T. il-President ta’ Malta li ddekorah bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Dan kien fl-2004, imma b’daqshekk ma waqafx u kompla joħroġ xogħol wara ieħor. Xi tradutturi ħassew li xogħlu għandu jilħaq aktar nies u għalhekk ittraduċewh f’diversi lingwi, fosthom l-Ingliż. Għalhekk, Ken Scicluna se jinteraġġixxi ma’ Żahra u se jaqra wħud minn dawn ix-xogħlijiet bl-Ingliż.

Noah Fabri se jżewweġ il-kelma mal-kitarra, u wara, Elena Cardona, li mhux se jkollha għalfejn tivvjaġġa wisq, u li ħadmet biex dan kollu jkun possibbli, se tagħlaq is-serata b’qari mill-pubblikazzjoni tagħha Meta Tlaqt lil Adam li għadha kif ħareġ din is-sena stess.

Il-Kunsill se jagħlaq il-lejla billi joffrilna xi ħaġa biex innaqqru u nbillu griżmejna.

Is-serata se titmexxa minn Justine Somerville, membru attiv ta’ Inizjamed u preżentatriċi ta’ għadd ta’ edizzjonijiet tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta (li dwaru se ngħidulkom affarijiet sbieħ dalwaqt — għalissa żommu l-iljieli tas-26 u 27 ta’ Awwissu ħielsa, u mmarkaw il-Forti Sant’Iermu fuq il-mapep tagħkom).

Post: https://goo.gl/maps/q3QrLUxfvRyJfVtD7

Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/2807941622845815

Trasport

Għal min joqgħod Malta, qed naħsbu biex norganizzaw vann li jeħodna mill-Imġarr sa San Lawrenz għall-ħabta tas-19:15, ħalli nevitaw li noqogħdu nitilgħu bil-karozzi Għawdex. L-istess vann jeħodna lura wara li jispiċċa kollox. Min jitħajjar juża dan is-servizz, kemm jimla din il-formola hawnhekk: https://forms.gle/DUMANUu5KBfSyamE8



Under a Full Moon

On Friday, 1 July, shortly after sunset, and when the gentler light of the moon takes over from that of the sun, the San Lawrenz Local Council and Inizjamed will be come together for the event, Under a Full Moon.

At 20:00, the public will be invited to take part in an Open Mic, which will be held in the yard of the San Lawrenz primary school, in which everyone will be free to take the mic, and share with the audience their written words, an oral story, or a song. Every language, every dialect is welcome — the more the merrier.

At 20:30, Trevor Żahra will then take over. Żahra is well known for both children and adult fiction, and his incredible contribution to Maltese literature has been acknowledged in 2004 by H.E. the President of Malta, who awarded him the Medal for Service to the Republic. Since then, Żahra has continued producing and evolving in his work. Some translators felt that his literature deserves to travel further and have translated him into English and other languages. And so, Ken Scicluna will be interacting with him and will read some of his work translated into English.

Noah Fabri will then weave words with a guitar, followed by Elena Cardona, who is Gozitan herself and who worked hard to make this evening happen. Earlier this year, Elena published her collection of poems Meta Tlaqt lil Adam with Klabb Kotba Maltin, and her verses will bring the night to a beautiful end, with the local council will be providing some refreshments and finger food.

The event will be compèred by Justine Somerville, who is an active member of Inizjamed, and who has presented many an edition of the Malta Mediterranean Literature Festival (on which, we will be sharing wonderful news very soon — just keep the evening of 26 and 27 August free, and pin Fort St Elmo on your map).

Location: https://goo.gl/maps/q3QrLUxfvRyJfVtD7

Updates: https://www.facebook.com/events/2807941622845815

Transport

For those who live in Malta. we are planning on organising a minibus to take us from Mġarr to San Lawrenz, at around 19:15. The same bus will take us back to Mġarr after the event. Kindly fill in the form below if you would like to avail of this service: https://forms.gle/DUMANUu5KBfSyamE8