Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Dwar/About Inizjamed

English version below.

Dwar Inizjamed

Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali Mediterranja, irreġistrata bħala Għaqda Volontarja f’Malta, VO/0355, li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal-varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lilhinn. F’dan il-kuntest, il-kultura tirreferi għall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop.

Il-biċċa l-kbira tal-inizjattivi ta’ Inizjamed huma marbutin mal-kitba kreattiva bil-Malti, fosthom l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ awturi magħrufin u festivals tal-letteratura. Madankollu dejjem ikun hemm interazzjoni ma’ forom oħra ta’ l-arti, bħat-teatru, il-mużika u l-arti viżiva. Isiru wkoll ħafna proġetti f’oqsma artistiċi u kulturali oħrajn, kif ukoll dawk edukattivi, ta’ patrimonju u t-turiżmu kulturali u sostenibbli.

Inizjamed hija organizzazzjoni indipendenti li mhi marbuta ma’ ebda istituzzjoni.

L-għaqda ġiet rikonoxxuta bħala Għaqda Volontarja f’Malta skont il-Liġi tal-Għaqdiet Volontarji (Artiklu 14), Nru. tal-Identifikazzjoni VO/0355, fil-15 ta’ Jannar 2010. Inizjamed hija rreġistrata mad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-VAT u n-numru huwa 16049021.

Studio Solipsis huwa spazju kreattiv li jipprovdi lil Inizjamed bis-sedi tiegħu u mkien għal kollaborazzjoni għammiela.

Sħubija u netwerks

Inizjamed tissieħeb u tikkollabora ma’ ħafna għaqdiet volontarji, mis-soċjetà ċivili u statali nazzjonali fl-oqsma tal-arti, tal-kultura, tal-lingwa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka, fosthom l-Università ta’ Malta u għaqdiet affiljati. Inizjamed tappoġġja inizjattivi meħudha minn sħab tagħha fis-settur u entitajiet żgħar kummerċjali bħal pubblikaturi u servizzi kulturali.

Inizjamed hija membru mit-twaqqif tal-Bjennali tal-Artisti Żgħażagħ tal-Ewropa u l-Mediterran, jew BJCEM, jiġifieri mis-sena 2000. Kull sena tipparteċipa f’laqgħat ta’ koordinazzjoni ma’ aktar minn 50 membru bl-għan li tgħin artisti żgħażagħ jivvjaġġaw u jieħdu esperjenzi ġodda. Għal aktar tagħrif ara: https://www.bjcem.org/.

Mill-2017 ‘l hawn, Inizjamed qed tirrappreżenta lil Malta fil-kumitat xjentifiku ta’ Ir-Rotta tal-Feniċi, rotta kulturali t’eċċellenza magħrufa mill-Kunsill tal-Ewropa. Għal aktar informazzjoni ara: https://fenici.net/en/.

Fl-2020 Inizjamed issieħbet mal-Arab Culture & Arts Network. Din tlaqqa’ aktar minn 100 membru mill-Mediterran f’djalogu kostruttiv li jfittex il-kollaborazzjoni u s-solidarjetà fil-kultura. Għal aktar dettalji ara: https://cultureartsnetwork.com/.

Fl-2021 Inizjamed saret membru tal-Konvenzjoni Favur il-Paċi fil-Mediterran. Din taħdem favur proġetti u inizjattivi ta’ kooperazzjoni b’għan artistiku u soċjali. Għal aktar informazzjoni tista’ tara: https://www.facebook.com/groups/679859800446199.

Kollaborazzjonijiet u proġetti

Matul aktar minn 20 sena Inizjamed tellgħet festival annwali tal-letteratura Mediterranja. Fis-sena 2023 ser tkun qed tittella’ t-18-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta kif nafuh illum. Il-festival huwa rrikonoxxut mill-Assoċjazzjoni tal-Festivals Ewropej. Għal aktar dettalji ara: https://www.festivalfinder.eu/festivals/malta-mediterranean-literature-festival-2023.

Matul dawn l-aħħar snin Inizjamed operat b’saħħet l-appoġġ finanzjarju tal-programm multiannwali tal-Kunsill Malti għall-Arti li jipprovdi parti mill-mezzi biex jittella’ l-festival annwali. Inizjamed għadha kemm kisbet għajnuna għat-tliet snin li ġejjin, sal-2025, permezz tal-aħħar sett ta’ fondi maħruġa mill-Kunsill. Għal aktar informazzjoni ara: https://www.artscouncilmalta.org/pages/funds-opportunities/schemes-2022/investment-in-cultural-organisations-malta/.

Fl-2022 Inizjamed saret membru tal-konsjorzu Ewropew u Mediterranju li jlaqqa’ seba’ organizzazzjonijiet letterarji u festivals fil-proġett ta’ Ewropa Kreattiva Ulysses’s Shelter 3. Sal-2025 sitt kittieba bbażati Malta u sitta oħra mill-pajjiżi sħab ser ikunu qed igawdu minn residenzi kreattivi u interattivi b’sehem f’festivals u sessjonijiet ta’ ħidma. Għal aktar informazzjoni ara: https://tovar.hr/.

Inizjamed regolarment taħdem fuq il-kitba kreattiva ma’ membri differenti tal-komunitajiet varjati li jgħixu Malta llum, fosthom it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani, kif ukoll il-migranti. Fost l-oħrajn fl-2022 tnieda l-proġett Niġru Ġrajja, proġett ta’ kitba kreattiva u narrazzjoni ma’ membri tal-komunità tal-migranti. Dan il-proġett appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Fl-2022 Inizjamed ingħaqdet mal-grupp artistiku li mexxa l-proġett ta’ Ewropa Kreattiva Medinea rrappreżentat f’Malta minn ARC Research & Consultancy. Ir-riżultat tal-kollabozzjoni kien lejla mużiko-letterarja Għawdex. Għal aktar dettalji ara: https://medinea-community.com/.

Bejn l-2021 u l-2022 Inizjamed ingħaqdet mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST), iċ-Ċentru tax-Xjenza Esplora, Aġenzija Żgħażagħ u sħab minn Spanja u l-Pajjiżi Baxxi għal proġett Erasmus+ STEAM project Empowering Youths in STEM through the ARTS. Għal aktar informazzjoni ara: https://esplora.org.mt/empowering-youths-in-stem-through-the-arts/.

Matul l-2018, wara sejħa miftuħa għal esperti, Inizjamed ipparteċipat u għamlet parti mit-tim editorjali li ħareġ rapport għall-Kummissjoni Ewropea dwar l-inklużjoni soċjali u l-kultura fl-Ewropa. Għal aktar informazzjoni ara: https://voicesofculture.eu/2019/05/16/social-inclusion-partnering-with-other-sectors-2/.

Bejn l-2019 u l-2021, Inizjamed qed tipparteċipa b’proġett COSME tal-Unjoni Ewropea li jindirizza t-turiżmu kulturali bl-isem TRAMES. Għal aktar informazzjoni ara: https://fenici.net/en/trames-smart-tourism-across-the-mediterranean-sea/5856/.

Fl-2019, Inizjamed tenniet l-ilqugħ ta’ studenti u voluntiera Ewropej b’saħħet programmi tal-Unjoni Ewropea bħall-Erasmus+.

Ta’ spiss Inizjamed torganizza s-sensiliet imsejħa Palk Ħieles li b’saħħithom kittieba, awturi, qarrejja u sħab varji jiġu flimkien biex jaqsmu l-kitba u l-qari b’varjetà ta’ lingwi f’postijiet differenti. Tista’ ssegwi l-paġni u l-pjattaformi diġitali ta’ Inizjamed biex iżżomm ruħek aġġornat.


About Inizjamed

Inizjamed is a voluntary non-governmental cultural organisation (registered as a Voluntary Organisation in Malta, VO/0355) founded in 1998 in Malta that is committed towards the regeneration of culture and artistic expression in the Maltese Islands and actively promotes a greater awareness of the cultures of the Mediterranean. Inizjamed is a secular, non-partisan organisation that acknowledges that every generation must seek to create its own language and both respond to realities of its day and look beyond them.

The organisation is project-based. Its lean internal structure reflects its emphasis on concrete action and fruitful collaboration with all those with whom it shares common goals. Inizjamed believes that cooperation and partnership are far more effective in the long-term than competition.

Inizjamed is happy to collaborate with Studio Solipsis in Rabat, a creative space that provides Inizjamed with its official address and meeting place.

Memberships & networks

Inizjamed has collaborated with and supported various partners from civil society, the voluntary sector, the state and the private sector in the fields of culture, the arts, education, language and literacy, the media and research. It works closely with the University of Malta and affiliated organisations.

The organisation is a founding member of the Biennale of Young Artists from Europe & the Mediterranean, BJCEM, therefore since 2000. It contributes to the development, mobility and exposure of young artists through collaborative participation in meetings, projects and events. For more information see: https://www.bjcem.org/.

Since 2017, Inizjamed has represented Malta on the scientific committee of The Phoenicians’ Route, a cultural route of excellence recognised by the Council of Europe. For more information see: https://fenici.net/en/.

In 2020 Inizjamed joined the Arab Culture & Arts Network. ACAN connects more than 100 members who aim to support peace and dialogue through intercultural dialogue and cooperation. For more information access: https://cultureartsnetwork.com/.

In 2021 Inizjamed joined the Convention for Peace in the Mediterranean. More than 50 members have committed themselves to seek peaceful and creative ways with which to support human development in the region. For more information see: https://www.facebook.com/groups/679859800446199.

Collaborations & projects

Inizjamed will be hosting the 18th annual Malta Mediterranean Literature Festival in Valletta in 2023. The festival is recognised by the European Festivals Association. Details may be found here: https://www.festivalfinder.eu/festivals/malta-mediterranean-literature-festival-2023.

The festival is part-funded by Arts Council Malta through is multiannual support programme for festivals and organisations. Inizjamed has garnered support for the next three years up till 2025. More details may be found here: https://www.artscouncilmalta.org/pages/funds-opportunities/schemes-2022/investment-in-cultural-organisations-malta/.

Since 2022 Inizjamed has joined the consortium managing the Creative Europe multi-annual project for residents authors Ulysses’ Shelter 3. Up till 2025 all seven partners from seven different European and Mediterranean countries will be supporting young emerging writers in developing their skills, experiences and audiences. For more information visit: https://tovar.hr/.

Inizjamed regularly works with different members of the variety of communities that live in Malta through creative writing. In 2002 the Niġru Ġrajja process commenced with migrant communities. This project is supported by Arts Council Malta.

In 2022 Inizjamed supported ARC Consultancy in delivering the literary-musical component of the Medinea Creative Europe programme with focus on Gozo. For more details see: https://medinea-community.com/.

Between 2021 and 2022 Inizjamed joined the Malta Council for Science & Technology, the Esplora Science Centre and international partners in delivering the Erasmus+ STEAM project Empowering Youths in STEM through the ARTS. For more information visit: https://esplora.org.mt/empowering-youths-in-stem-through-the-arts/.

In 2018, following an open call for experts, Inizjamed was chosen to be part of the contributing and editorial teams producing a report on social inclusion and culture in Europe for the European Commission. For more information see: https://voicesofculture.eu/2019/05/16/social-inclusion-partnering-with-other-sectors-2/.

Between 2019 and 2021, Inizjamed is part of a European Union COSME project addressing cultural tourism called TRAMES. For more information see: https://fenici.net/en/trames-smart-tourism-across-the-mediterranean-sea/5856/.

In 2019, Inizjamed started again hosting European students and volunteers on projects supported by the European Union such as Erasmus+.

Inizjamed regularly hosts Open Mic sessions. These allow collaboration with a variety of writers, authors, different community members and organisations to take place in a series of encounters taking place in different settings. News and updates are available on the website and social media channels of Inizjamed.

Leave a Reply