Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Palk Ħieles / Open Mic ma’ Murad Shubert – 22 ta’ Ġunju 2022

Palk Ħieles / Open Mic ma’ Murad Shubert – 22 ta’ Ġunju 2022

Open Mic 22 June 2022

English version below.

Issa li s-sajf daħal, u li l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta qed joqrob, Inizjamed tistedinkom għal edizzjoni oħra ta’ Palk Ħieles, li għaliha l-pubbliku huwa mistieden biex jaqsam dak li ilu moħbi, jew biex jisma’ u japprezza. Se nkunu fit-taraġ ta’ Triq id-Dejqa, fil-Belt Valletta, quddiem il-ħanut tal-Klabb Kotba Maltin. Il-mistieden speċjali se jkun Murad Shubert li wara ħafna snin ta’ kitba u kitba fuq kitba ħareġ il-ġabra poetika tiegħu Imbagħad il-Qiegħ.

La se nkunu f’taraġ, ma hemmx dħul, hemm biss tlugħ jew inżul u magħna se jkollna ftit inbid tajjeb biex naqsmuh flimkien. Kull kitba, mużika jew reċta bi kwalunkwe lingwa, djalett jew idjolett huma merħba bihom.

Post: https://goo.gl/maps/u7P3m6ebfx1RnrUt7

Aġġornamenti: https://fb.me/e/1zF4R1Ow8

Murad Shubert
Murad Shubert jaqra waqt Palk Ħieles tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Murad Shubert twieled u trabba f’Hay Mohammadi, raħal l-arti u r-reżistenza f’Casablanca, il-Marokk. F’dan ir-raħal twieled it-teatru modern Marokkin u twieldet ukoll l-arti tal-“ħalqa,” tar-rakkontar tal-istejjer f’post pubbliku, bħas-suq. Ta’ dsatax-il sena kiseb il-baccalauréat fil-letteratura moderna Marokkina, Għarbija u internazzjonali. Fl-università ggradwa fil-liġi u x-xjenza politika. It-teżi tiegħu dwar l-epistemoloġija tax-xjenza politika għadha maqfula fil-kwartier magħruf bħala Habus tad-Dar il-Bajda. F’din il-belt nibtet l-imħabba tiegħu għall-abjad u l-iswed, żewġ kuluri li jqarrqu bina inqas minn oħrajn. Huma ż-żewġ kuluri ta’ Mohammed Choukri fir-rumanz tiegħu Il-Ħobż Waħdu li fih jgħid l-affarijiet kif inhuma, mingħajr ma jbill kisra minn dal-ħobż fil-meraq tal-qerq. L-abjad u l-iswed li fihom Murad Shubert sab lil Choukri laqqgħuh ukoll mal-poeżija ta’ Mahmoud Darwish, keffnuh ma’ Ghassan Kanafani, u sawbuh bil-barka ta’ Salim Barakat u tar-ribell Amal Donkol. Il-poeżiji ta’ Murad, ħarġu minn din l-għajn imbierka.

Murad Shubert (Katel Delia)

…il-poeżiji minimalisti u sorprendenti ta’ Murad Shubert huma bħal balla. Isibuk mill-bogħod u lanqas tkun taf x’laqtek. Taħseb li l-balla tkun għaddiet żbrixx minn miegħek, qisha memorja stramba. U mbagħad tibda tħoss it-tiċrita fil-laħam il-ħaj. Għax… dawn poeżiji li ma jagħmlux kompromessi. Li mhux lesti jċedu mqar ftit mill-forza tal-umanità mġarrba tal-poeta. Bħal balla, għax jitkellmu bil-metafora u bil-kliem li jintqal bejn tnejn min-nies bil-leħen miksur tal-lejl. Imbagħad hemm it-tiċrita fil-laħam il-ħaj. Il-ġesti delikati ta’ bniedem tad-demm u l-laħam li kulma jrid l-imħabba. Diretta u intensa. Li tidħol sa ġewwa nett. U ssewwi l-ħsara.

Adrian Grima

Ritratt: Murad Shubert waqt Palk Ħieles fl-2018. Xogħol ta’ Katel Delia.

Aqra l-bqija tal-kumment ta’ Adrian Grima dwar Imbagħad il-Qiegħ hawn: https://adriangrima.org/2022/06/08/murad-shubert-imbaghad-il-qiegh/


Open Mic with Murad Shubert – 22 June 2022

Now that summer is with us and the Malta Mediterranean Literature Festival is inching closer, Inizjamed would like to invite you for another edition of our Open Mic. Everyone is invited to share what they have been writing or scribbling, and even to just come and listen. We will be on the steps of Strait Street, in front of Klabb Kotba Maltin’s bookshop, and the special guest will be Murad Shubert, who after many years of writing and rewriting, has now published his first collection of poetry, called Imbagħad il-Qiegħ.

We will be on the steps under the stars, and with us we will have some good wine to share together. Every piece of writing, music or any other performance in a language, dialect or idiolect you deem fit is more than welcome.

Location: https://goo.gl/maps/u7P3m6ebfx1RnrUt7

Updates: https://fb.me/e/1zF4R1Ow8

Murad Shubert
Murad Shubert at the Malta Mediterranean Literature Festival. Photo by Droorizz Photography.

Murad Shubert was born and raised in Hay Mohammadi, a district within the Moroccan capital of Casablanca. A place of culture and resistance, Hay Mohammadi gave birth to modern Moroccan theatre and to the art of “Al-Halqa”, the tradition of telling stories in souks and other public places. Mourad gained his baccalauréat in modern Moroccan, Arab, and international literature at the age of 19. At university, he read law and political science. His dissertation on the epistemology of political science is still locked up in the old quarter of Al-Hubous in Casablanca, the city which nurtured Murad’s love for black and white, the two colours that are less deceitful than all others. They are the two colours of Mohammed Choukri’s novel For Bread Alone, in which he says things as they are, without dipping this bread in the vinegar of dishonesty. The same black and white through which Murad Shubert found Choukri, led him also to the poetry of Mahmoud Darwish, enshrouded him with Ghassan Kanafani, and bestowed upon him the blessings of Salim Barakat and of the rebel Amal Donkol. Murad’s poetry emerges from this hallowed source.