Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Residenzi Letterarji Mħallsa / Paid Literary Residencies – Ulysses’ Shelter 3 (2024)

Residenzi Letterarji Mħallsa / Paid Literary Residencies – Ulysses’ Shelter 3 (2024)

Ulysses Shelter 2024 MT 01

Text in English below.

Ulysses’ Shelter 3


Din is-sejħa issa ingħalqet. Grazzi lin-numru sabiħ ta’ konkorrenti li applikaw.


  • Data tas-sejħa: 6 ta’ Marzu 2024
  • Data tal-għeluq: 7 t’April 2024
  • Riżultati: 6 ta’ Mejju 2024

FIEX TIKKONSISTI S-SEJĦA?

ULYSSES’ SHELTER: BUILDING LITERARY RESIDENCIES NETWORK huwa t-tielet stadju ta’ proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA) taħt il-programm tal-Ewropa Kreattiva tal-2021-2027. Issa, in-network ta’ residenzi letterarji ġie estiż għal seba’ pajjiżi Ewropej: il-Greċja, il-Kroazja, Malta, ir-Repubblika Ċeka, is-Serbja, is-Slovenja, Spanja u Wales fir-Renju Unit, u jikkollabora ma’ diversi istituzzjonijiet u NGOs f’kull pajjiż parteċipanti.

Din is-sejħa tirreferi għall-awturi emerġenti (proża, poeżija, traduzzjoni) li jistgħu japplikaw għal residenza waħda matul l-2024/2025.

Il-programm ta’ residenza jindirizza d-dimensjoni internazzjonali bħala l-prijorità tiegħu billi jipprovdi lill-awturi emerġenti l-opportunità biex jaħdmu, jagħtu prestazzjonijiet, u jippreżentaw lilhom infushom f’lokazzjonijiet differenti Ewropej. Kull residenza se tkun akkumpanjata minn programm ta’ appoġġ divers li jikkonsisti f’attivitatjiet relatati mal-letteratura mmirati għal gruppi lokali speċifiċi, bħal parteċipazzjoni f’qari letterarju, workshops, festival u/jew attivitajiet oħra relatati mal-letteratura.

LOKAZZJONIJIET, ŻMIEN TAR-RESIDENZI U L-PROGRAMM OFFRUT

Larissa, il-Greċja

  • meta: bejn Awissu u Settembru 2024
  • żmien: 2-3 ġimgħat
  • programm għal: awturi tal-poeżija

 Mljet, il-Kroazja

  • meta: bejn Jannar u Marzu 2025
  • żmien: sa 3 ġimgħat
  • programm għal: awturi tal-proża/poeżija, tradutturi

Prague, ir-Repubblika Ċeka

  • meta: 10 – 24 ta’ Novembru 2024
  • żmien: ġimagħtejn
  • programm għal: awturi tal- poeżija

Belgrade, is-Serbja

  • meta: bejn Jannar u Marzu 2025
  • żmien: sa 4 ġimgħat
  • programm għal: awturi tal-proża/poeżija, tradutturi

Caernarfon, Wales, ir-Renju Unit

  • meta: minn 1 t’April sal-15 ta’ Mejju 2025
  • żmien: ġimagħtejn
  • programm għal: awturi tal-proża/poeżija, tradutturi

MIN HU ELIĠIBBLI BIEX JAPPLIKA

  • L-applikanti jenħtieġu jkunu awturi emerġenti (proża/poeżija), jew tradutturi letterarji.
  • L-applikanti jenħtieġu jkollhom għall-inqas xogħol wieħed, imma mhux aktar minn tlieta ppubblikati uffiċjalment (online u/jew stampati).
  • L-applikanti jenħtieġu jkuni ċittadini Maltin jew ikollhom residenza permanenti f’Malta
  • L-applikanti jenħtieġu jkollhom għarfien avvanzat tal-lingwa Ingliża.
  • L-applikanti jenħtieġu jkunu jistgħu jivvjaġġaw fil-lokazzjoni magħżula fil-perjodu msemmi.
  • L-applikanti jenħtieġu li jiktbu kitba għas-sit ULYSSES’ SHELTER Tovar.hr matul ir-residenza.
  • L-applikanti jenħtieġu li jkunu miftuħa li jikkolaboraw u li jaħdmu ma’ artisti u msieħba oħra.
  • L-applikanti jenħtieġu li jkunu interessati li jrawmu relazzjoni mal-udjenza lokali.

NOTA: Sabiex l-applikanti jiġu kkunsidrati għall-programm ta’ residenza jenħtieġu li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà kollha.

X’INHU OFFRUT?

Żewġ residenzi għal żewġ kandidati

  • Sessjoni ta’ introduzzjoni, taħdita artistika jew avvenimenti/workshops oħra
  • Appoġġ lir-residenti
  • Promozzjoni tar-residenti fuq il-kanali tal-midja soċjali ta’ ULYSSES’ SHELTER, bullettini u sit Tovar.hr kif ukoll fuq dawk tal-imsieħba.
  • Possibbiltajiet ta’ network u viżibbiltà internazzjonali.
  • Akkomodazzjoni mħallsa u spejjeż għall-ivvjaġġar (klassi ekonomika).
  • Miżata ta’ €400 gross (taxxi inklużi) u sussistenza ta’ €300 gross.
  • Opportunità fantastika għal awturi emerġenti ambizzjużi li jibbenefikaw minn esperjenza unika li tista’ ssaħħaħ il-karriera tagħhom, u tippermettilhom li joħolqu xogħol ġdid, jirriċerkaw, kif ukoll jesperimentaw u jieħdu direzzjoni ġdida fil-kitba tagħhom.

X’INHUMA R-REKWIŻITI TAS-SOTTOMISSJONI?

  • L-applikazzjoni jenħtieġ tintbagħat lil info@inizjamed.org sas-7 t’April 2024.
  • Id-dokumenti kollha jenħtieġu jintbagħtu bl-Ingliż.
  • Huwa possibli li tapplika għal aktar minn lokazzjoni waħda, imma l-kandidati magħżula jistgħu biss jiġu offruti residenza waħda.

Dokumentazzjoni neċessarja

  1. CV jew Resumè (b’tul ta’ mhux aktar minn paġna).
  2. Ittra ta’ motivazzjoni li tinkludi spjegazzjoni għaliex l-applikant irid jipparteċipa fil-programm (b’tul ta’ mhux aktar minn paġna).
  3. Għażla tal-lokazzjoni (sa 3); li tinkludi spjegazzjoni għaliex l-applikant irid iżur dawn il-lokazzjonijiet speċifiċi u kif dan jirrelataw ma’ xogħolhom (b’tul ta’ mhux aktar minn paġna).
  4. Biblijografija.
  5. Ittra ta’ rakkomandazzjoni (fakultattiva).

META SE JIĠU PPUBBLIKATI R-RIŻULTATI?

Ir-riżultati se jitħabbru fuq is-siti tal-proġett u tal-imsieħba u l-midja soċjali sas-6 ta’ Mejju 2024. L-applikanti magħżula se jirċievu wkoll ittre diretta.

Il-Kumitat tal-Għażla se jissuġġerixxi żewġ (2) applikanti biex jipparteċipaw fil-programmi ta’ residenza matul l-2024/2025.

Tista’ ssib aktar fuq il-proġett u x-xogħol tal-imsieħba hawn: Sandorf, DSP, Thraka, KROKODIL, MFC u LAF.

Għal aktar tagħrif fuq din is-sejħa miftuħa, tista’ tibgħat email lil info@inizjamed.org.

GDPR

Meta tibgħat l-Applikazzjoni għal din is-Sejħa Miftuħa, qed tagħti l-kunsens li l-informazzjoni pprovduta fl-Applikazzjoni tinżamm fuq kompjuter jew sistemi ta’ filing relevanti u li tiġi maqsuma ma’ organizzazzjonijiet jew persuni oħra akkreditati skont il-GDPR 2018.

Nota ta’ Privatezza

Se nipproċessaw u naħżnu d-data personali skont il-leġiżlazzjoni relevanti. L-informazzjoni pprovduta se tintuża esklussivament għall-proċess ta’ għażla. L-ismijiet u l-bijonoti tal-kandidati magħżula se jsiru pubbliċi.


CALL FOR PARTICIPATION IN RESIDENCIES PROGRAMME

Ulysses Shelter 2024 EN 01

ULYSSES’ SHELTER 3


This call is now closed. Thank you to the healthy number of participants who sent in their applications.


  • Call Published: 6 March 2024
  • Call Deadline: 7 April 2024
  • Results: 6 May 2024

WHAT IS IT ABOUT?

ULYSSES’ SHELTER: BUILDING LITERARY RESIDENCIES NETWORK is the third stage of a project co-funded by the European Union under the Creative Europe programme 2021-2027. The network of literary residencies has now been extended to seven European countries: Czech Republic, Croatia, Greece, Malta, Serbia, Slovenia, Spain and Wales in the United Kingdom, and collaborates with many institutions and NGOs in each participating country.

This call refers to the emerging authors (prose, poetry, translation) who can apply for one paid residency during 2024/2025.

The residency programme addresses the international dimension as its priority by giving emerging authors the opportunity to work, perform and present themselves in different European locations. Each residency will be accompanied by a diverse supporting programme consisting of literature-related activities aimed at specific (local) target groups, such as taking part in literary readings, workshops, festivals and / or other literary-related activities.

LOCATIONS, LENGTH OF THE RESIDENCIES AND PROGRAMME OFFERED

Mljet, Croatia

  • when: January – March 2025
  • duration: up to 3 weeks
  • programme for: poetry, authors

Larissa, Greece

  • when: August – September 2024
  • duration: 2-3 weeks
  • programme for: poetry, authors

Belgrade, Serbia

  • when: January – March 2025
  • duration: up to 4 weeks
  • programme for: prose/poetry authors, translators

Prague, Czech Republic

  • when: November 2024
  • duration: 2 weeks
  • programme for: poetry

Caernarfon, Wales, UK

  • when: 1 April – 15 May 2025
  • duration: 2 weeks
  • programme for: prose/poetry authors, translators

WHO IS ELIGIBLE TO APPLY?

  • Applicants must be emerging authors (prose/poetry) or literary translators.
  • Applicants must have at least one, and not more than three works officially published (online and/or in print).
  • Applicants must be citizens of Malta or have a permanent residency in Malta.
  • Applicants must have advanced knowledge of English.
  • Applicants must be able to travel to the chosen location in the set period.
  • Applicants must write an entry for the ULYSSES’ SHELTER website Tovar.hr during the residency
  • Applicants must be open to collaborating and working with other artists and partners.
  • Applicants should be interested in fostering a relationship with the local audience.

NOTE: To be considered for the residency programme applicants must meet all eligibility criteria.

WHAT IS OFFERED?

Two (2) paid residencies for 2 candidates

  • An introduction session, artist talk or other events/workshops.
  • Support for the residents.
  • Promoting residents on the ULYSSES’ SHELTER social media accounts, newsletter, and website Tovar.hr, as well as on all partners’ social media accounts, newsletters, and websites.
  • Networking possibilities and international visibility.
  • Covered accommodation and travel expenses (economy class).
  • Award for residents 700 EUR gross (including all taxes and living allowance).
  • A fantastic opportunity for ambitious emerging authors to benefit from a unique experience which can strengthen their career, and enable them to create new work, do research, as well as experiment and take on a new direction in their writing.

WHAT ARE THE SUBMISSION REQUIREMENTS?

  • Application must be sent to info@inizjamed.org by 7 April 2024.
  • All documents have to be submitted in English.
  • It is possible to apply for more locations, but the chosen candidate can only be offered one placement.

Necessary documentation

  1. CV or Resume (no longer than one page).
  2. Motivational letter that includes an explanation of why the applicant wants to participate in this programme (no longer than 1 page).
  3. Choice of locations (up to 3): that includes an explanation of why the applicant wants visit specific locations and how it relates to their work (no longer than 1 page).
  4. Bibliography (list of published works).
  5. One recommendation letter (optional).

WHEN WILL THE RESULTS BE PUBLISHED?

The results will be announced on the project’s and partners’ websites and social media in the end July / beginning of 6 May 2024. The selected applicants will also receive a direct email.

The Selection Committee will suggest two (2) applicants to participate in the paid residency programmes during 2023/2024.

You can find more about the project and partners and their work here: Sandorf, DSP, Thraka, KROKODIL, Inizjamed, MFC and LAF.

For any further questions about the open call, you can contact info@inizjamed.org.

GDPR

By submitting the Application to this Open Call, you give your consent for the information provided in the Application to be held on computer or other relevant filing systems and to be shared with other accredited organisations or persons in accordance with the GDPR 2018.

Privacy Notice

We will at all times process and store personal data in line with relevant legislation. The information provided will be used exclusively for the selection process. The names and short bios of the selected candidates will be made public.