Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Month: <span>August 2022</span>

Xtaqt li Kont Merkurju

Inizjamed tniedi ktieb li jiġbor fih 122 poeżija li nqalbu għall-Malti fil-laboratorji ta’ traduzzjoni matul l-ewwel 16-il edizzjoni tal-Festival. / Inizjamed launches book containing 122 poems which were translated into the Maltese during the translation workshops of the Festival’s first sixteen editions.

Creative Writing: Breathing Life Into Ideas – Justine Somerville

It has become customary for Inizjamed to take its annual Malta Mediterranean Literature Festival to audiences who might not attend such an event. In the past the cultural NGO organised successful workshops led by local and foreign writers for children and teenagers around Malta and Gozo with the aim of bringing young minds closer to the wonders of literature and creative writing whilst giving them a taste of the Festival. 

Il-Qari Mhux Attività Solitarja – Antoinette Borg Intervistata Minn Noel Tanti

Dawk li għandhom għal qalbhom il-letteratura Maltija jafu min hi Antoinette Borg. Probabbilment jafu li kienet taħdem fil-qasam finanzjarju qabel ma fl-2015, ħalliet warajha karriera t’għoxrin sena biex twettaq ħolma ta’ tfulitha: li tikteb ktieb. U jafu dan minn intervisti li għamlet qabel u wara li ħareġ Fittixni, il-frott ta’ din il-ħolma. Fittixni rebaħ il-qlub ta’ ħafna qarrejja u mmarka l-bidu ta’ karriera ġdida għal Antoinette, dik ta’ kittieba.

Is-Satira u l-Botti Jorbtu l-Ġrajja Miktuba mal-Ħajja ta’ Kuljum – Aleks Farrugia

Għalija rumanz mhuwiex differenti minn sinfonija; għandek struttura kbira, li titlaq minn tema u tibqa’ tiżviluppa hekk kif tgħaddi minn vuċijiet differenti, sakemm imbagħad tilħaq il-milja tagħha meta dawk il-vuċijiet isibu l-punt fejn jiltaqgħu biex isibu riżoluzzjoni – anke jekk ir-riżoluzzjoni tista’ tħalli tmiem miftuħ. John P. Portelli jintervista lil Aleks Farrugia.

Ir-Rabta bejn il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Festival

Ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kunsill li qed jikkollabora ma’ Inizjamed f’din is-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Fl-ispirtu tal-Festival, qed naqsam il-ħsibijiet tiegħi fuq tliet kotba minn tliet kategoriji differenti u minn awturi differenti li jew għandhom storja ma’ dan il-Festival, jew se jidħlu fl-istorja tal-Festival għall-ewwel darba permezz ta’ din l-edizzjoni.