Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Lejla r-Raħal

Lejla r-Raħal

Lejla ir Rahal

Nhar il-Ħamis, 12 ta’ Awwissu, Fondazzjoni HELA bil-proġett Raħal il-Letteratura flimkien mal-imsieħba Inizjamed qed jorganizzaw serata ta’ qari ġewwa mkejjen differenti fir-Rabat. Din se tkun ukoll parti mill-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta tal-2021. L-imsieħba Heritage Malta u Studio Solipsis flimkien ma’ Bottegin Palazzo Xara se joffru l-ispazju tagħhom għal qari mill-awturi Maltin mistiedna għall- Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2021.

Il-qari jibda minn Leanne Ellul fil-Katakombi ta’ San Pawl fis-7.30pm, ikompli minn John Portelli fi Studio Solipsis fit-8pm u jispiċċa Bottegin Palazzo Xara fit-8.30pm minn fejn inkunu nistgħu nieklu u nixorbu xi ħaġa flimkien. L-udjenza mistiedna tattendi għall-qari kollu u/jew għal qari wieħed biss.

Din l-attività miftuħa biss għal dawk li għandhom minn sittax-il sena ‘l fuq u għandhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin. L-udjenza mistennija li tilbes il-maskla fil-ħinijiet kollha tal-qari u żżomm id-distanza kif indikat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Għal kull qari jinħtieġ biljett, li huwa bla ħlas u jista’ jinkiseb minn hawnhekk:

Leanne Ellul fil-Katakombi ta’ San Pawl: https://www.eventbrite.com/e/165718698087

John Portelli fi Studio Solipsis: https://www.eventbrite.com/e/165291486285

Miriam Calleja f’Bottegin Palazzo Xara : https://www.eventbrite.com/e/165296290655

Waqt li kull biljett hu bla ħlas napprezzaw li jinkisbu biss minn dawk li għandhom kull intenzjoni li jattendu.

Raħal il-Letteratura u l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta huma appoġġjati mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Disinn: Naomi Gatt

Ritratti: Virginia Monteforte