Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

The programme in English is available here.

Werrej

Agħfas fuq l-istampi biex tmur dritt għad-deskrizzjoni rispettiva.

Il-Ħadd
18
It-Tnejn
19
It-Tlieta
20
L-Erbgħa
21
8pmMMLF2019 - 18 Aug - Universality EventMMLF2019 - 20 Aug - Status Quo EventMMLF2019 - 21 Aug - Open Mic Event
Il-Ħamis
22
Il-Ġimgħa
23
Is-Sibt
24
7pmMMLF2019 - 22 Aug - Il-Qarrejja EventMMLF2019 - 23 Aug - Wiki Malta Event
8pmMMLF2019 - 22-24 Aug - Iljieli fil-FortiMMLF2019 - 22-24 Aug - Iljieli fil-FortiMMLF2019 - 22-24 Aug - Iljieli fil-Forti

Id-dħul għall-attivitajiet kollha hu b’xejn.


Il-Ħadd, 18 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

Is Universality a Myth? The Case for Literature

MMLF2019 - 18 Aug - Universality Event

Xogħol letterarju jista’ qatt ikun universali? Jista’ rumanz ikun biss umanista u jittraxxendi ż-żmien u l-post li fih inkiteb? Jidher li jeżisti kunflitt strutturali bejn id-drittijiet umani u l-kultura, għalhekk jista’ qatt rumanz jegħleb dan l-ostaklu? Il-poeżija hija aktar universali mir-rumanz u l-bqija tal-proża? Il-letteratura kemm tittraduċi lilha nnifisha tajjeb? L-awturi li jgħixu barra mill-pajjiż fejn twieldu għandhom idea aktar universali tal-pajjiż li twieldu fih? Il-moderatur ta’ din id-diskussjoni se jkun David Aloisio. Il-membri tal-panel se jkunu erbgħa mill-awturi mistiedna: Antoine Cassar, Eric Ngalle Charles, Habib Tengour u Loranne Vella.

Din id-diskussjoni se ssir bl-Ingliż. / This discussion will be held in English.

Aktar informazzjoni tinsab hawn.

The Undercroft

Direzzjonijiet għal The Undercroft.

It-Tlieta, 20 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

(Not) Maintaining the Status Quo

MMLF2019 - 20 Aug - Status Quo Event

Is-soċjetà taċċetta ċerti mġibiet u fl-istess ħin tipprojbixxi oħrajn. Kultant, il-letteratura flimkien ma’ forom ta’ arti oħra, isservi bħala mera tal-istatus quo. Drabi oħra tisfida dan l-istatus quo. L-artisti jindirizzaw tabujiet żbaljati jew sempliċiment jindirizzaw tabujiet li mhumiex riskjużi? Lokalment, huwa faċli u tal-moda li tikkritika s-sitwazzjoni tal-ambjent? Dan qed isir għad-detriment ta’ temi oħra bħan-nepotiżmu, l-abort, l-evażjoni fiskali, il-korruzzjoni u t-theddida tal-lemin estrem? L-artisti huma mbeżżgħa li jdardru l-ilma li jixorbu minnu? Il-moderatur ta’ din id-diskussjoni se jkun John Portelli. Il-membri tal-panel se jkunu tlieta mill-awturi mistiedna: Rasha Abbas, Astrid Alben u Yolanda Pantin.

Din id-diskussjoni se ssir bl-Ingliż. / This discussion will be held in English.

Aktar informazzjoni tinsab hawn.

Valletta Contemporary

Direzzjonijiet għal Valletta Contemporary.

L-Erbgħa, 21 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

Palk Ħieles / Open Mic

MMLF2019 - 21 Aug - Open Mic Event

Il-pubbliku jagħmel Festival speċjali, u f’din il-lejla se jkollu ċ-ċans ikun il-protagonista minflok spettatur. Il-palk hu ħieles, u daqstant ieħor l-ispirtu. Kull storja, poeżija, kanzunetta merħba biha; aktar kemm ikollna differenti, aħjar. L-istess jingħad għal-lingwa jew djalett li tixtieq tesprimi ruħek bihom. Magħna se jkollna wkoll l-awturi mistiedna u għalhekk kulħadd għandu opportunità sabiex jiltaqa’ magħhom aktar mill-qrib.

Aktar informazzjoni tinsab hawn.

Valletta Contemporary

Direzzjonijiet għal Valletta Contemporary.


L-Iljieli fil-Forti, 22-24 ta’ Awwissu

MMLF2019 - 22-24 Aug - Iljieli fil-Forti

Il-Ħamis, 22 ta’ Awwissu, 2019 fis-7pm

fb EVENTS 4 2019 crop

Il-kitba tinħoloq mill-kittieba. Huma l-kittieba li jipproduċu t-testi letterarji. Iżda l-kitba għandha bżonn il-qarrejja wkoll. Mingħajr qarrejja ma tinħoloqx esperjenza letterarja. Festival letterarju mhux monologu imma djalogu, bejn il-kittieba u l-qarrejja. Għalhekk, nistednukom tingħaqdu magħna biex niċċelebraw l-irwol tal-qarrejja fil-Festival. Ejja naqsmu flimkien kif interpretajna x-xogħljiet tal-awturi mistiedna u niddiskutu flimkien. L-attività se titmexxa minn Noel Tanti u Ritienne Coleiro.

Aktar informazzjoni tinsab hawn.

Direzzjonijiet għall-Forti Sant’Iermu.

L-Awturi

Il-Ħamis, 22 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

Direzzjonijiet għall-Forti Sant’Iermu.

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Awwissu, 2019 fis-7pm

MMLF2019 - 23 Aug - Wiki Malta Event

Il-Fondazzjoni HELA qed torganizza din l-attività flimkien ma’ Wikimedia Community Malta. Grupp ta’ kittieba, edituri, riċerkaturi u kontributuri se jiltaqgħu biex jiktbu u/jew itejbu artikli fuq Wikipedia kemm bil-Malti u bl-Ingliż. Ix-xogħol ta’ dan il-Meetup se jkun iffukat fuq l-erba’ awturi Maltin li qed jipparteċipaw fil-Festival ta’ din is-sena: Rena Balzan, Antoine Cassar, Elizabeth Grech u Loranne Vella.

Din hija parti mill-missjoni ta’ HELA sabiex jiżdied l-aċċess u l-għarfien tal-wirt letterarju Malti. Għaldaqstant, il-Fondazzjoni HELA qed tħeġġeġ lil kull min għandu għal qalbu l-letteratura Maltija sabiex iżid l-artikli relevanti fuq l-internet. M’hemm bżonn ebda ħila teknika jew sfond akkademiku biex tipparteċipa. Il-Meetups huma okkażjoni sabiħa fejn il-komunità tiltaqa’ bil-għan li tkattar l-għarfien. Kun parti minnha.

Aktar informazzjoni tinsab hawn.

Direzzjonijiet għall-Forti Sant’Iermu.

L-Awturi

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

Matul din is-serata More or Less Theatre se joffru sessjoni ta’ rakkontar ta’ stejjer għat-tfal ta’ kull età biswit il-bitħa tal-Festival.

Direzzjonijiet għall-Forti Sant’Iermu.

L-Awturi

Is-Sibt, 24 ta’ Awwissu, 2019 fit-8pm

Direzzjonijiet għall-Forti Sant’Iermu.


Preżentaturi

Sephora Francalanza, Teodor Reljić, Justine Somerville u Noel Tanti.

Mużiċisti Residenti

Effie Azzopardi u Kenneth Sacco.

It-Tim ta’ Inizjamed

Kit Azzopardi, Daniel Bezzina, Claudine Borg, Jean Paul Borg (amministratur), Elena Cardona, Priscilla Cassar, Ritienne Coleiro, Leanne Ellul, Claudia Gauci, Elizabeth Grech, Adrian Grima, Nadia Mifsud, Virginia Monteforte, Teodor Reljić, Kenneth Scicluna, Justine Somerville, Noel Tanti u Karsten Xuereb, bl-għajnuna ta’ Alexandra Büchler (Literature Across Frontiers u LEuL), Glen Calleja (HELA), Immanuel Mifsud, Clare Azzopardi, Jes Psaila u Jorge Peregrina Lao.

Disinn tal-Logo tal-Festival u l-Materjal Stampat

Pierre Portelli.

Ħajr

Core Green: Organic & Fairtrade għall-ikel, Ian Giordimaina minn Digital Magic għat-tagħmir, Late Interactive għad-disinn tad-dawl, Clifton Fenech għall-filming, Virginia Monteforte, Giola Cassar u Katelia għar-ritratti, Margerita Pulè għall-immaniġjar tal-palk, il-voluntiera ta’ Inizjamed, l-Għaqda tal-Malti – Università, Marco Micallef minn Royal Travel, Angele Bianchi minn Castille Hotel, Christine Cremona minn Heritage Malta, Kotba Calleja, Malta Tourism Authority, Norbert Attard minn Valletta Contemporary, Gregory Ellul minn M-Gas Sound Company u Adel Ferrito minn The Undercroft. Ħajr ukoll lill-Ambaxxata Franċiża f’Malta, l-Istituto Italiano di Cultura La Valletta, Mary Ann Cauchi u Christabel Catania mill-Kunsill Malti għall-Arti, Glen Calleja u Giola Cassar minn Studio Solipsis, Angele Galea minn More or Less Theatre, Kate Rex u Roger West, u l-mezzi tax-xandir.

Sponsors 2019 01
Sponsors 2019 02

2 Comments

  1. Pingback: The Full Programme for the Malta Mediterranean Literature Festival 2019 - INIZJAMED

  2. Pingback: Il-Kelma Mitkellma: Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Comments are closed.