Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Qari ta’ Kitbiet Mediterranji waqt Medinea Session Gozo – 31 ta’ Marzu 2022

Qari ta’ Kitbiet Mediterranji waqt Medinea Session Gozo – 31 ta’ Marzu 2022

Text in English below.

Erba’ kittieba Maltin u Għawdxin (Elena Cardona, Gabriel Lia, Keith Borg u Klara Vassallo) ġew mistiedna jżuru r-residenza mużikali tal-Medinea Session li qed isseħħ fir-raħal tal-Għarb, Għawdex. Waqt ir-residenza, il-kittieba qed jiltaqgħu ma’ grupp ta’ mużiċisti minn madwar il-Mediterran li flimkien qed jikkomponu mużika ġdida b’elementi Mediterranji u interkulturali.

Il-kitbiet li ser jirriżultaw minn dawn il-laqgħat bejn il-kittieba u l-mużiċisti ser jiġu ppreżentati f’silta ta’ qari qabel il-kunċert Medinea Session Gozo, li fih jiġu ppreżentati wkoll il-kompożizzjonijiet tal-mużiċisti mmexxija mis-sassofonista Belġjan Fabrizio Cassol. Nistidnukom tingħaqdu magħna għal din l-esperjenza mużiko-letterarja fil-qalb tar-raħal tal-Għarb.

Biljetti (b’xejn): https://bit.ly/3vTVR7u
Aktar informazzjoni dwar Medinea Session Gozo: https://bit.ly/3KLVuzN

Din l-attivita’ qed tiġi organizzata fuq inizjattiva ta’ ARC Research & Consultancy b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed, u bis-sapport tal-APS Bank.

Medinea Session Gozo 2022 qed jittella’ bis-sapport ta’ Medinea u l-programm Erasmus+, hu organizzat minn ARC Research & Consultancy bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti, il-Ministeru t’Għawdex, id-Direttorat għall-Wirt Kulturali f’Għawdex, il-Kunsill Lokali tal-Għarb, l-Għaqda Mużikali Viżitazzjoni Għarb, u l-APS Bank.

Il-kunċert se jsir fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali tal-Għarb. L-organizzaturi ta’ dan l-avveniment huma responsabbli li jsegwu r-regolamenti u d-direttivi kollha tas-saħħa u s-sigurtà ta’ dik il-ġurnata, maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Membri tal-udjenza huma mitluba jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin u ser jittieħed ukoll kontroll tat-temperatura mal-bieb. L-udjenza għandha tilbes il-maskla u tibqa’ bilqiegħda matul l-avveniment.

Medinea Session Gozo: A concert of Mediterranean Music - 31 March 2022

Reading of Mediterranean Literature during Medinea Session Gozo – 31 March 2022

Four writers hailing from Malta & Gozo (Elena Cardona, Gabriel Lia, Keith Borg and Klara Vassallo) have been invited to visit the Medinea Session music residency currently taking place in the village of Għarb, Gozo. During the residency, the writers are meeting a group of Mediterranean musicians who are composing new music using Mediterranean and intercultural elements.

The writings that shall result from these encounters are going to be presented during a reading before the Medinea Session Gozo: A Concert of Mediterranean Music. The concert will follow with a showcase of the new musical compositions led by Belgian saxophonist Fabrizio Cassol. We invite you to join us for this music-literary experience at the heart of the village of Għarb.

Book your seat (free): https://bit.ly/3vTVR7u
More info about Medinea Session Gozo: https://bit.ly/3KLVuzN

This is an initiative of ARC Research & Consultancy in collaboration with Inizjamed, and supported by APS Bank.

Medinea Session Gozo 2022 is supported by Medinea and the Erasmus+ Programme, produced by ARC Research & Consultancy with the support of Arts Council Malta, Ministry of Gozo, Cultural Heritage Directorate, Għarb Local Council, Għarb Band Club, and APS Bank.

The concert will take place in the Għarb Parish Centre Hall.

The organiser of this event is responsible for adhering to the health and safety directives and regulations, relevant during that period, issued by the Health Authority. Entry will be allowed upon presentation of the vaccination certificate and guests will be subject to a temperature check. Guests are asked to wear masks and remain seated for the duration of the concert.