Intervista mal-poetessa Itisha Giri minn poeta ieħor, Adrian Grima li dehret fis-Sunday Times of Malta tat-23 ta’ Awwissu, 2020. Aqraha minn hawn jew niżżilha minn hawn.
An interview with the poet Itisha Giri by another poet, Adrian Grima. The interview was published on the Sunday Times of Malta on 23 August, 2020. Read it here or download it from here.
English version below.
15-il Sena ta’ Letteratura
Wara l-miżuri mħabbra, ma baqax triq oħra ħlief li jiġi kkanċellat il-Festival. Madankollu, ħafna mix-xogħol li sar speċjalment mill-awturi mistiedna se jiġi ppreżentat lilkom aktar tard. Fi żminijiet bħal dawn, li l-ibbumbardjar bin-numri sar in-norma, għandna bżonn aktar is-suġġettività tal-kliem.
Inizjamed se ttella’ l-15-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura, b’differenza.
Wara li għal xhur sħaħ darna saret fortizza, se noħorġu barra u nidħlu f’fortizza oħra, dik ta’ Sant’Iermu. F’dan l-ispazju, se niltaqgħu f’distanza stretta minn xulxin waqt li nħallu l-letteratura u l-mużika tal-mistiedna tagħna tqarribna u ttaffi t-tbegħid fiżiku.
Il-postijiet huma limitati għal inqas minn 100 ruħ fi spazju li skont ir-regoli ġodda jista’ jilqa’ 240 persuna. Għalhekk huwa meħtieġ biljett ta’ €5 għal kull lejla li jista’ jinkiseb minn www.showshappening.com.
Is-sigurtà se tkun prijorità. L-arti se tieħu ħsieb il-bqija.
Dan il-Festival qed jittella’ bi sħab mal-Kunsill Malti tal-Arti.
15 Years of Literature
Following the measures announced, we had to cancel the Festival in its physical form. However, most of the work already done by the guest authors will be shared with you in the near future. At times like these, where being bombarded with daily numbers has become the norm, we need, more than ever, the subjectivity of languages.
Inizjamed is organising the 15th edition of the Malta Mediterranean Literature Festival, with a difference.
After staying at home for whole months and treating it as a fortress, we are going to venture out and move to another fortress, the one of Saint Elmo. In this space, we can keep at a distance from each other while letting the literature and music of our guests draw us together and soften the physical gap.
Seats are limited to less than 100 people, in a space that according to the new rules affords 240. Therefore a ticket of €5 for each night is required and can be bought from www.showshappening.com.
Security will be our priority. The arts will take care of the rest.
This year’s Festival is being held in partnership with the Arts Council of Malta.