Bejn l-20 u t-22 t’Ottubru 2022 Inizjamed ingħaqdet ma’ sħab mill-15-il pajjiż membru tar-Rotta tal-Feniċi biex tieħu sehem fil-XV-il Djalogu Ewro-Mediterranju f’Porec, magħrufa wkoll bħala Parenzo fil-lingwa Taljana, fil-peniżola tal-Istrija, mal-kosta Adrijatika tal-Kroazja. Inizjamed kienet irrappreżentata mill-membru tal-kumitat xjentifiku Dr Karsten Xuereb, li kien akkumpanjat mid-delegata tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Naomi Galea, li hija l-maniġer kulturali għar-reġjun tal-Punent. Matul il-laqgħa ngħata rendikont tas-sena ħidma li għaddiet u ġew iffinalizzati l-pjanijiet għaċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tar-Rotta fl-2023 bħala rotta ta’ eċċellenza fit-turiżmu kulturali mill-Kunsill tal-Ewropa.