Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Category: <span>FMLM2021</span>

Grazzi / Thank You – 2021

Għaddiet ġimgħa mill-aħħar lejl fil-Forti, mill-aħħar nifs li ħareġ minnu l-poeżija, u għalhekk ġejna mislufa ftit taż-żmien biex nirriflettu fuq x’fisser il-Festival. / A week has already slid past since the last night at Fort St Elmo, since the last breath that birthed a poem, giving us some time to think about what this Festival has meant for us.

“Il-mużika qiegħda titjieb għax l-artisti qed ikunu iżjed vulnerabbli” – Michael Azzopardi

Michael, għamilt żmien tgħix barra minn Malta, xi ftit jew wisq ’il bogħod mill-ilsien Malti; issa donnok ġejt minn imkien tkanta bi lsienna. Għalija, kienet sorpiża mill-isbaħ. Meta qbadt il-kitarra jew il-pinna kemm kien naturali għalik li tuża l-ilsien Malti?