Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed tiffirma konvenzjoni favur il-paċi fil-Mediterran

Inizjamed tiffirma konvenzjoni favur il-paċi fil-Mediterran

Text in English below.

Konvenzjoni tad-Drittijiet fil-Mediterran, Palermo 2022. Poster u ritratt tas-sala.

Fid-19 ta’ Marzu 2022, Inizjamed ingħaqdet mal-familja dejjem tikber ta’ awtoritajiet muniċipali u organizzazzjonijijet mis-soċjetà ċivili bbażata f’diversi territorji Mediterannji u mil-Lvant Nofsani f’appoġġ għal konvenzjoni ta’ paċi u l-benesseri fil-Mediterran. Dan in-network mifrux bejn aktar minn 25 pajjiż u jinkludi aktar minn 100 organizzazzjoni. Jappoġġja l-iżvilupp ta’ mudell Mediterranju ta’ mobbiltà għal studenti u edukaturi fuq il-linji tas-sistema Erasmus+ u jsejjaħ liċ-ċittadini u r-rappreżentanti tagħhom lokali u komunitarji sabiex jaħdmu f’solidarjetà mad-diversi minoritarji, fosthom l-immigranti li għalihom dan ir-reġjun hu d-dar temporanja jew permanenti tagħhom. Aktar informazzjoni (bit-Taljan) tista’ tinkiseb mis-sit ta’ ANSAmed u anke mis-sit tar-RAI TGR Sicilia.

Konvenzjoni tad-Drittijiet fil-Mediterran, Palermo 2022. Dr Karsten Xuereb jitkellem f'isem Inizjamed.
Dr Karsten Xuereb iqajjem punt f’isem Inizjamed. / Dr Karsten Xuereb speaking on behalf of Inizjamed. (RAI TGR Sicilia.)

Inizjamed signs convention for peace in the Mediterranean

On 19 March 2021, Inizjamed joined the growing family of municipal authorities and civil society organisations from many Mediterranean and Middle Eastern territories supporting a convention for peace and wellbeing in the Mediterranean. The network spans more than 25 countries and includes more than 100 organisations. It supports the development of a Mediterranean model of student and educator mobility along the lines of the Erasmus+ system and calls on citizens and their local and community representatives to act in solidarity with the various minorities, including migrants, that make this region their temporary or permanent home. More information can be had (in Italian) from the ANSAmed news site, and also from the RAI TGR Sicilia news service.