Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Author: <span>Inizjamed Amministrazzjoni</span>

Taħt Qamar Kwinta / Under a Full Moon – 1 ta’ Lulju 2022

Nhar il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju, wara li tinżel ix-xemx, tittaffa l-għomma u jibda jibbrilla ftit il-qamar, il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz u Inizjamed se jtellgħu flimkien il-lejla Taħt Qamar Kwinta, b’Trevor Żahra, Noah Fabri u Elena Cardona. / On Friday, 1 July, shortly after sunset, and when the gentler light of the moon takes over from that of the sun, the San Lawrenz Local Council and Inizjamed will be come together for the event, Under a Full Moon. With Trevor Żahra, Noah Fabri and Elena Cardona.

Palk Ħieles / Open Mic ma’ Murad Shubert – 22 ta’ Ġunju 2022

Inizjamed tistedinkom għal edizzjoni oħra ta’ Palk Ħieles. Il-mistieden speċjali se jkun Murad Shubert li wara ħafna snin ta’ kitba ħareġ il-ġabra poetika tiegħu — Imbagħad il-Qiegħ. / Inizjamed invites you for our next Open Mic, with special guest Murad Shubert who, after many years of writing, has just published his first poetry collection.

Medinea f’Għawdex u poeżija

Matul ix-xahar ta’ Marzu, Inizjamed ikkollaborat ma’ ARC Research & Consultancy, u nnominat erba’ awturi għar-residenza organizzata minn Medinea, organizzazzjoni li toffri pjattaforma lil mużiċisti EwroMediterranji f’kuntest interkulturali. Matul ir-residenza li nżammet fl-Għarb, l-erba’ awturi ltaqgħu mal-mużiċisti u kitbu poeżija mnebbħa mill-ħsejjes tagħhom. Ix-xogħol tal-erba’ awturi, Keith Borg, Klara Vassallo, Gabriel Lia u Elena Cardona nqara minnhom stess qabel il-kunċert Medinea Session Gozo.

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.