Niġru Ġrajja jagħlaq sena!
Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Settembru, il-proġett Niġru Ġrajja mmexxi minn Inizjamed għalaq l-ewwel sena tiegħu. Bħala ċelebrazzjoni ta’ din l-ewwel sena, il-parteċipanti kollha ltaqgħu u rrakkontaw lil xulxin l-istejjer li kitbu.