Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Maja Ručević – Awtriċi Lawreata / Author Laureate

Maja Ručević – Awtriċi Lawreata / Author Laureate

Ulysses Shelter 3 Maja Rucevic Sandorf 01 square

English version below.

Bħalissa għaddejjin minn ċiklu ieħor tal-proġett Ulysses’ Shelter 3, proġett tal-Ewropa Kreattiva, ikkonfinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Sandorf, sieħeb ta’ Inizjamed, jgħin lill-awturi Kroati emerġenti billi jagħżel lawreat/a fost dawk li marru għal residenza bħala parti minn dal-proġett. Il-lawreata għas-sena 2023/24 hija Maja Ručević, li Inizjamed qed tilqa’ bi pjaċir bħala waħda mill-awturi mistiedna għal din l-edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta li se jittella’ bejn it-28 u l-31 ta’ Awwissu.

Maja Ručević (1983, Zagreb) iggradwat mill-Fakultà tal-Umanitajiet u x-Xjenzi Soċjali ta’ Zagreb fil-Kroat u l-Franċiż. Taħdem bħala traduttriċi mill-Franċiż u l-Ingliż u hija rebbieħa ta’ tliet premji marbutin mal-poeżija. L-ewwel rumanz tagħha Je suis Jednoruki (Algoritam, 2016) daħal fil-lista finali ta’ diversi premjijiet. Fl-2023, ippubblikat l-ewwel antoloġija ta’ poeżija tagħha, Sutra ćemo praviti anđele u padu (HDP, 2023). Xogħolha ġie ppubblikat kemm online kif ukoll f’rivisti letterarji u antoloġiji. Bħalissa qed taħdem fuq xogħol ġdid ta’ fizzjoni. Ittraduċiet aktar minn għoxrin xogħol mill-Franċiż fosthom fizzjoni kontemporanja, letteratura teoretika, u letteratura għat-tfal.


In the current iteration of the Creative Europe Ulysses’ Shelter 3 project, cofinanced by the European Union, Inizjamed’s partner Sandorf supports emerging Croatian writers and poets by choosing one laureate among the previous Croatian residents. The laureate for 2023/24 is the poet Maja Ručević, whom Inizjamed is proud to host at the Malta Mediterranean Literature Festival between 26 and 31 August 2024.

Maja Ručević (1983, Zagreb) graduated from the Faculty of Humanities and Social Sciences in Zagreb with majors in Croatian and French. She works as a translator from French and English and is the winner of three poetry prizes. Her debut novel Je suis Jednoruki (Algoritam, 2016) was short-listed for several awards. In 2023 her first book of poems Sutra ćemo praviti anđele u padu was published (HDP, 2023). Her work has been published online and in literary magazines and anthologies. She is currently working on a new work of fiction. She has translated over twenty titles from French (contemporary fiction, theoretical literature, children’s literature).