
Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta ilu jiġi organizzat minn Inizjamed mill-2006.
Huwa l-uniku festival letterarju f’Malta li joffri spazju għal letteraturi minn Malta u lil hinn, spazju biex dawn il-letteraturi jiltaqgħu u jiġu tradotti, u fuq kollox jiddiskutu ma’ xulxin.
Matulu, il-letteratura taqbeż minn fuq il-karta għal fuq palk biex tiġi ċċelebrata mal-pubbliku, xi drabi mżewġa mal-mużika, oħrajn ma’ forom oħra tal-arti – dejjem f’atmosfera ta’ festa .
Din is-sena se jingħata dehra kompletament ġdida.
Narawkom!