Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Ulysses’ Shelter 3: The Book Launch

Ulysses’ Shelter 3: The Book Launch

Ulysses Shelter 3 Book Launch

Inizjamed tistiednek għat-tnedija tal-pubblikazzjoni aħħarija tal-proġett Ulysses’ Shelter 3 (2022–2025) b’rabta mal-Mediterran.

📍 Valletta Design Cluster
📅 It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2025
🕖 Fis-7pm

Dan il-ktieb multilingwi jiġbor ħsibijiet, esperjenzi u kitbiet letterarji ta’ kittieba u tradutturi emerġenti – kemm Maltin li ħadu sehem f’residenzi letterarji barra minn Malta, kif ukoll barranin li ġew għal residenza f’Malta.

Din il-ġabra tiċċelebra l-vjaġġ personali u kreattiv tal-parteċipanti fi spazji ġodda u kulturi oħra. Il-kittieba huma: Đorđe Božović (2024), Jake Buttigieg (2023), Ryan Falzon (2024), Gabriel Schembri (2025), Matthew Schembri (2023), Kat Storace (2025),
Ruqaya Izzidien (2023), Esyllt Lewis (2023), Ioanna Lioutsia (2024), Virginia Monteforte (2024), Lana Pukanić (2024), Maja Ručević (2024), u Kaja Teržan (2024).

Ulysses’ Shelter huwa proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea li jgħaqqad flimkien numru ta’ organizzazzjonijiet letterarji minn madwar l-Ewropa, inklużi: il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Malta, is-Serbja, is-Slovenja, Spanja (Mallorca) u Wales.

Il-pubblikazzjoni se titqassam bla ħlas.


Inizjamed invites you to the launch of the final publication of the Ulysses’ Shelter 3 (2022–2025) project with a Mediterranean flair.

📍 Valletta Design Cluster
📅 Monday, 21st July 2025
🕖 7.00pm

This multilingual book brings together reflections, experiences, and literary work by emerging writers and translators – both Maltese participants who took part in international literary residencies, and foreign participants who spent time in Malta.

The collection celebrates each participant’s personal and creative journey through new places and cultures. The featured writers are: Đorđe Božović (2024), Jake Buttigieg (2023), Ryan Falzon (2024), Gabriel Schembri (2025), Matthew Schembri (2023), Kat Storace (2025), Ruqaya Izzidien (2023), Esyllt Lewis (2023), Ioanna Lioutsia (2024), Virginia Monteforte (2024), Lana Pukanić (2024), Maja Ručević (2024), and Kaja Teržan (2024).

Ulysses’ Shelter is co-funded by the European Union, connecting a network of literary organisations across Europe, including Croatia, Czech Republic, Greece, Malta, Serbia, Slovenia, Spain (Mallorca), and Wales.

The publication will be distributed free of charge.

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.