Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Ali Thareb

Ali Thareb

Funeral

 

Ħafna drabi l-Iraqini jimxu wara twiebet vojta

Lejn l-imqabar.

Sadattant,

l-assenti qiegħed f’idejn tifel fl-inkwatru

quddiem in-nies bil-vistu

Fis-sewwa,

aħna ma nagħtux kas

Jekk il-katavru hux fit-tebut

Jekk il-katavru hux sħiħ jew bla ras

Jekk hemmx ilbiesu, u ftit minn għadmu,

Jekk hemmx nies bil-vistu biss, u m’hemmx tebut

Jekk hemmx tebut biss merfugħ

 

Jaf m’hemm xejn,

Jaf qed tistħajjel kollox

U timxi wara l-fantasiji tiegħek.

Traduzzjoni mill-Għarbi ta’ Murad Shubert

 

    تشييع

كثيراً ما شيع العراقيون

توابيت فارغة إلى المقابر

بينما يجلس الغائب داخل إطار

يحمله طفل أمام المشيعين

و في الحقيقة نحن لا نهتم

إن كانت جثته في التابوت أم لا

إن كانت الجثة كاملة

أم بلا رأس

إن كان في التابوت

ثيابه وشيء من عظامه

إن كان هناك فقط مشيعون

و لم يكن هناك تابوت

إن كان هناك تابوت فقط

يحلق في الهواء

إن لم يكن هناك شيء

وأنك فقط تتخيل كل ذلك

و تمشي خلف أوهامك.


 

Frammenti

 

Il-biċċa l-kbira nkun mejjet

U meta nqum, inqum biss biex nibki

Fuq il-katavru tiegħi.
__

Jekk jogħġbok

Wara li taqtagħli rasi

Terfagħhiex bejn idejk

Biex tieħu ritratt magħha.
__

It-tfal pinġuti mal-ħajt tal-iskola tar-raħal tagħna

Kuljum niħdilhom b’idejhom.

Huma biss ma ċappsuhomx

bid-dmija.

Traduzzjoni mill-Għarbi ta’ Murad Shubert