Juana Adcock (Messiku/l-Ingilterra) | Clare Azzopardi (Malta) | Massimo Barilla (l-Italja) | Aslı Erdoğan (it-Turkija) | Jean-Rémi Gandon (Franza) | Arjan Hut (l-Olanda), Laia López Manrique (Spanja) | Caldon Mercieca (Malta) | Teodor Reljić (Malta) | Philip Sciberras (Malta) | Sjón (l-Iżlanda) | Ali Thareb (l-Iraq).
Il-Ħamis 23 | Il-Ġimgħa 24 | Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018, il-Forti Manoel, Manoel Island, fit-8.00pm
It-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se tittella’ l-Ħamis 23, il-Ġimgħa 24, u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, fil-Forti Manoel f’Manoel Island, il-Gżira, fit-8.00pm, bis-sehem ta’ awturi ewlenin minn bosta pajjiżi, fosthom Juana Adcock mill-Messiku u l-Ingilterra, Laia López Manrique minn Spanja, Sjón mill-Iżlanda, Ali Thareb mill-Iraq, u Clare Azzopardi u Philip Sciberras minn Malta.
L-attivitajiet ta’ qabel il-Festival jibdew b’diskussjoni bis-sehem ta’ għadd ta’ awturi l-Ħadd 19 ta’ Awwissu. It-Tlieta 21 ta’ Awwissu se jkun hemm diskussjoni oħra u l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu se jkun hemm Palk Ħieles li fih jista’ jaqra jew ikanta kull min jixtieq.
It-13-il edizzjoni ta’ dan il-Festival indipendenti u l-laboratorju tat-traduzzjoni qed jittellgħu minn Inizjamed bl-appoġġ sħiħ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti minn ftehim ta’ tliet snin magħruf bħala Cultural Agreement Partnership. Inizjamed tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill li qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-festival .
Il-Festival qed jikkollabora wkoll ma’ Literature Across Frontiers, il-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, u l-Fondazzjoni Manoel Island. Dan il-Festival ingħata rikonoxximent internazzjonali permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe, u dis-sena qed jissieħeb ukoll fil-proġett Ir-Rotta tal-Feniċi tal-Kunsill tal-Ewropa.
Inizjamed minn din is-sena ssieħbet f’HELA (Hub for Excellency in the Literary Arts) – inizjattiva oħra ffinanzjata mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi. HELA hija fondazzjoni li qed taħdem biex il-letteratura Maltija tiġi rikonoxxuta anke barra minn Malta permezz ta’ ħidma mill-qrib bejn entitajiet lokali u barranin marbuta mal-qasam tal-ktieb.
Hemm aktar tagħrif dwar il-festival fuq il-paġna ta’ Inizjamed u l-attività “Malta Mediterranean Literature Festival 2018” fuq Facebook.