Eric Ngalle Charles

Kittieb Mistieden
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

English version below.

Eric Ngalle Charles. Photo by Paul Musso at Hay Festival.
Eric Ngalle Charles. (Paul Musso at Hay Festival.)

Eric Ngalle Charles twieled il-Kamerun. Wara kważi għaxar snin ifittex kenn bħala refuġjat, irnexxielu jasal san-nofsinhar ta’ Wales. Hemmhekk studja l-istorja moderna u l-kultura popolari fl-Università Metropolitana ta’ Cardiff.

Huwa kittieb, poeta, u drammaturgu. Bħalissa huwa wkoll wieħed mill-membri tal-bord tad-diretturi ta’ Literature Wales. Għat-tletin anniversarju ta’ Hay Festival, Ngalle Charles ġie magħżul bħala wieħed mill-‘Hay 30’, li hija lista ta’ kittieba żgħażagħ, xjentisti, filosofi, artisti u attivisti li huma mistennija jinfluwenzaw lid-dinja fit-tletin sena li ġejjin .

Ngalle Charles kiseb il-Premju Kreattiv ta’ Wales mill-Kunsill tal-Arti tal-istess pajjiż bħala rikonoxximent tar-riċerka li huwa għamel fuq il-Migrazzjoni, Memorja u Trawma. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabufl-antoloġiji tal-Hafan Books, Between a Mountain and a Sea (2003), Soft Touch (2004), Nobody’s Perfect (2005), Festival of the Wolf (2006) u Play Asylum (2016). Ngalle Charles huwa wkoll l-editur tal-antoloġija ta’ poeżija minn Wales u l-Kamerun Hiraeth-Erzolirzoli.

F’Ġunju ta’ din is-sena ġiet ippubblikata l-ewwel parti tal-awtobiografija tiegħu I, Eric Ngalle mid-dar tal-pubblikazzjoni Parthian Books. #FMLM2019


Eric Ngalle Charles

Guest Author
Malta Mediterranean Literature Festival 2019

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019

Eric Ngalle Charles was born in Cameroon. After nearly a decade seeking sanctuary as a refugee, he eventually reached south Wales, where he studied modern history and popular culture at Cardiff Metropolitan University.

He is a poet and playwright; he currently sits on the board of directors for Literature Wales. For the 30th anniversary, Eric was selected as one of the ‘Hay 30’ of young writers, scientists, philosophers, performers and activists who will shape the world over the next thirty years. Ngalle Charles holds a Creative Wales Award from the Arts Council of Wales for research into Migration, Memory and Trauma. His previous books include the Hafan anthologies Between a Mountain and a Sea (2003), Soft Touch (2004), Nobody’s Perfect (2005), Festival of the Wolf (2006) and the Play Asylum (2016) Eric is also the editor of the  Wales Cameroon poetry anthology Hiraeth-Erzolirzoli. In June of this year, the first part of his autobiography I, Eric Ngalle was published by Parthian Books. #MMLF2019


Din is-sena l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta jirritorna fil-Forti Sant’Iermu, fejn fl-iljieli tat-22, 23 u 24 t’Awwissu se jlaqqgħakom mal-kittieba mistiedna bil-qari tax-xogħlijiet oriġinali tagħhom, kif ukoll permezz tal-intervisti. Se jkun hemm il-film tal-poeżija minn Malta, imsejjes fuq il-poeżija Natura Morta ta’ Joe Friggieri, kif ukoll films magħmulin lil hinn minn xtutna.

Il-festival hu ferm ikbar, però, minn dak li jseħħ matul dawk it-tlitt ijiem, u jiġbor fi ħdanu sensiela ta’ avvenimenti li jibdew fi ftit ġimgħat. Segwu dan is-sit u l-paġni tagħna fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni. #FMLM2019

This year’s Malta Mediterranean Literature Festival will be returning home to Fort St Elmo, Valletta, for the nights of 22, 23 and 24 August. The guest authors will be reading their original work, and you will get to know them better through the Q&As. The Poetry on Film series will be reprised with a short based on Joe Friggieri’s poem Natura Morta, which will also be joined by other films from abroad.

Whilst the culmination will be on those three days, the festival is actually so much than that. A series of events leading up to the festival, will be starting in a few weeks; stay tuned to this website, and follow us on Facebook and Instagram to keep up to date. #MMLF2019