Inizjamed Blue White@0.5x

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Yolanda Castaño

Yolanda Castaño

Kittieba Mistiedna
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

English version below.

Yolanda Castaño
Yolanda Castaño. (Dmitri Kotjuh.)

Yolanda Castaño (Santiago de Compostela, 1977) ilha tippubblika l-poeżija bil-Galizjan (u Spanjol) għal dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Kienet finalista għall-Premju Nazzjonali tal-Poeżija, u s-sitt ġabriet tagħha (mibjugħa kemm fi Spanja u fl-Amerka Latina) rebħu diversi premijiet bħall-Premju tal-Kritiċi Spanjoli, l-Ojo Crítico – għall-aqwa ktieb ippubblikat minn poeta Spanjola żagħżugħa u “Kittieba tas-Sena” – mill-Federazzjoni Galizjana tal-Ħwienet tal-Kotba. Hija attivista kulturali dinamika, għandha Residenza tal-Kittieba tagħha f’Galizia , kif ukoll ilha tmexxi proġetti kulturali prestiġjużi ma’ poeti internazzjonali u minn Galizia mill-2009. Dawn jinkludu laboratorji ta’ traduzzjoni tal-poeżija, festival tal-poeżija u l-uniku serje ta’ puntati ta’ kull xahar ta’ qari internazzjonali fi Spanja kollha. Bħala l-aktar isem internazzjonali fil-poeżija Galizjana kontemporanja, rebħet grants internazzjonali ta’ residenza għall-kittieba f’Rodi, l-Iskozja, Munich u Beijing. Hija ppreżentat qari u multimedia performattiva f’aktar minn tletin pajjiż madwar l-Ewropa, l-Amerka, l-Afrika ta’ Fuq u l-Asja. Il-poeżiji tagħha ġew tradotti f’aktar minn ħamsa u għoxrin lingwa, waqt li ppubblikat ukoll sitt kotba tal-poeżija għat-tfal, erba’ traduzzjonijiet, diversi antoloġiji f’poeżija kartonanimata, bil-Galizjan u Spanjol abbinata ma’ mużika). Castano ħadmet ukoll fuq diversi selezzjonijiet tal-poeżiji bit-Taljan, Franċiż, Maċedonjan u Armen, , kif ukoll fuq plaquettes bil-Franċiż, Ġermaniż, Ċiniż u Kroat. Dalwaqt se tniedi kotba ġodda bl-Ingliż u s-Serb. #FMLM2019


Yolanda Castaño

Guest Author
Malta Mediterranean Literature Festival 2019

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019

Yolanda Castaño (Santiago de Compostela, 1977) has been publishing poetry in Galician (and Spanish) for the past twenty-five years. A finalist in the National Poetry Prize, her six collections (distributed in Spain and Latin America) have been awarded other prizes such as the Spanish Critics’ Award, Ojo Crítico ―best published book by a young Spanish poet― and “Writer of the Year” ―by Galician Federation of Bookshops. A dynamic cultural activist and director of her own Residency for Writers in Galicia, Castaño is managing awarded and prestigious cultural projects with Galician and international poets since 2009: poetry translation workshops, a poetry festival and the only international monthly readings series in all of Spain. As the most international name in Galician contemporary poetry, she has been awarded international grants for resident writers in Rhodes, Scotland, Munich and Beijing, and has presented readings or multimedia performances in more than 30 countries all over Europe, America, Northern Africa and Asia. Her poems are translated into more than twenty-five languages, Castaño has also published 6 poetry books for children, 4 translations, several anthologies (in comic poetry, in Galician-Spanish, with music…) and poetry selections in Italian, French, Macedonian and Armenian, apart from plaquettes in French, German, Chinese, Croatian. Her new books in English and Serbian are about to be launched. #MMLF2019


Din is-sena l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta jirritorna fil-Forti Sant’Iermu, fejn fl-iljieli tat-22, 23 u 24 t’Awwissu se jlaqqgħakom mal-kittieba mistiedna bil-qari tax-xogħlijiet oriġinali tagħhom, kif ukoll permezz tal-intervisti. Se jkun hemm il-film tal-poeżija minn Malta, imsejjes fuq il-poeżija Natura Morta ta’ Joe Friggieri, kif ukoll films magħmulin lil hinn minn xtutna.

Il-festival hu ferm ikbar, però, minn dak li jseħħ matul dawk it-tlitt ijiem, u jiġbor fi ħdanu sensiela ta’ avvenimenti li jibdew fi ftit ġimgħat. Segwu dan is-sit u l-paġni tagħna fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni. #FMLM2019

This year’s Malta Mediterranean Literature Festival will be returning home to Fort St Elmo, Valletta, for the nights of 22, 23 and 24 August. The guest authors will be reading their original work, and you will get to know them better through the Q&As. The Poetry on Film series will be reprised with a short based on Joe Friggieri’s poem Natura Morta, which will also be joined by other films from abroad.

Whilst the culmination will be on those three days, the festival is actually so much than that. A series of events leading up to the festival, will be starting in a few weeks; stay tuned to this website, and follow us on Facebook and Instagram to keep up to date. #MMLF2019

4 Comments

  1. Pingback: Il-Kittieba Mistiedna 2019 - INIZJAMED

  2. Pingback: Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019 - INIZJAMED

  3. Pingback: Page not found - INIZJAMED

  4. Pingback: The Full Programme for the Malta Mediterranean Literature Festival 2019 - INIZJAMED

Comments are closed.