Inizjamed Blue White@0.5x
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Habib Tengour

Habib Tengour

Kittieb Mistieden
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

English version below.

Habib Tengour
Habib Tengour

Habib Tengour huwa poeta u antropologu. Huwa twieled fl-1947 f’Mostaganem, l-Alġerija. Huwa għandu iktar minn ħmistax-il pubblikazzjoni li jinkludu poeżija, proża u essays. Il-poeżiji tiegħu ġew maqluba għal bosta lingwi fosthom l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Għarbi. Fl-2016 huwa ngħata il-Premju Dante, premju Ewropew tal-poeżija, bħala rikonoxximent għall-kitbiet poetiċi tiegħu. Fir-rebbiegħa tal-2018, ħa f’idejh il-kollezzjoni Poèmes du monde (Poeżiji mid-Dinja) mad-dar ta’ pubblikazzjoni Apic (l-Alġier). #FMLM2019


Habib Tengour

Guest Author
Malta Mediterranean Literature Festival 2019

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019

Born in 1947 in Mostaganem, Algeria, Habib Tengour is a poet and anthropologist. He writes poetry, prose and essays and has over 15 publications to his credit. His poetry has been translated into several languages including English, German, Italian and Arabic. In June 2016, he was awarded the European Dante Prize for Poetry. He has been chief editor of the Poèmes du monde (Poems from around the World) collection (Éditions Apic, Algiers) since spring 2018. #MMLF2019






Din is-sena l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta jirritorna fil-Forti Sant’Iermu, fejn fl-iljieli tat-22, 23 u 24 t’Awwissu se jlaqqgħakom mal-kittieba mistiedna bil-qari tax-xogħlijiet oriġinali tagħhom, kif ukoll permezz tal-intervisti. Se jkun hemm il-film tal-poeżija minn Malta, imsejjes fuq il-poeżija Natura Morta ta’ Joe Friggieri, kif ukoll films magħmulin lil hinn minn xtutna.

Il-festival hu ferm ikbar, però, minn dak li jseħħ matul dawk it-tlitt ijiem, u jiġbor fi ħdanu sensiela ta’ avvenimenti li jibdew fi ftit ġimgħat. Segwu dan is-sit u l-paġni tagħna fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni. #FMLM2019

This year’s Malta Mediterranean Literature Festival will be returning home to Fort St Elmo, Valletta, for the nights of 22, 23 and 24 August. The guest authors will be reading their original work, and you will get to know them better through the Q&As. The Poetry on Film series will be reprised with a short based on Joe Friggieri’s poem Natura Morta, which will also be joined by other films from abroad.

Whilst the culmination will be on those three days, the festival is actually so much than that. A series of events leading up to the festival, will be starting in a few weeks; stay tuned to this website, and follow us on Facebook and Instagram to keep up to date. #MMLF2019

2 Comments

  1. Pingback: Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019 - INIZJAMED

  2. Pingback: The Full Programme for the Malta Mediterranean Literature Festival 2019 - INIZJAMED

Comments are closed.