|
Ritratti
tal-produzzjoni
ta’ Peter Bartolo Parnis
Kumment
fil-programm
tal-kompożitur Karl
Fiorini
Kumment fil-programm
ta' l-artista Anabel
Cordina
Kummenti ta’:
Eric Azzopardi
Martin Borg
Zillah Bugeja
Catherine Camilleri
Frank
Camilleri
Martina
Caruana
Tony Cassar Darien
Sergio
Grech
Joyce Guillaimier
Simone Inguanez
Simone Mongelli
Renzo Spiteri
Albert Storace
Lydia Zammit
Claire Zerafa
Il-Ktieb:
f'kull belt hemm kantuniera
Kumment
fil-programm tal-kompożitur Karl Fiorini
“Solitudni
fil-Belt” huwa xogħol miktub għal narratur, mezzo sopran, vjolin/vjola,
klarinett/klarinett baxx u pjanu. Huwa xogħol f’moviment wieħed maqsum
f’disa’ partijiet. Ix-xogħol mibni f’forma ta’ “ħnejja”. Il-partijiet
laterali għandhom elementi komuni bejniethom u dan isaħħaħ l-istruttura
sħiħa. B’hekk għandna l-ewwel parti li tirrifletti l-aħħar parti, t-tieni
tirrifletti t-tmien waħda u l-bqija. Minħabba dan, l-udjenza tevoka f’moħħu
ħsejjes li tkun diġà semgħet u dan jiġġenera interess matul ix-xogħol kollu.
Jien enfasizzajt l-istruttura
fix-xogħol tiegħi għax nemmen li l-mużika tikkomunika dan. Dan il-kunċett
ġej minn mużika antika fejn strutturi ritmiċi kienu jkunu użati bħala mezz
ta’ komunikazzjoni. Jekk din l-istruttura hija bilanċjata tajjeb tinħoloq
interazzjoni bejn il-mużika u s-semmiegħ.
Inħoss li huwa importanti ħafna
li tkun aġġornat ma’ dak li qed jiġri madwarek għax l-arti għandha
tirrifletti s-soċjetà ta’ żmienha. Artist awtentiku dejjem jipprova jaħtaf
l-ispirtu ta’ żmienu.
Inħoss li f’dinja li qed
tiżviluppa ruħha f’ħames blokok, l-għeruq huma importanti ferm fl-iżvilupp
tal-kultura tagħna. Bħala artist naħseb li llum wieħed irid jaħseb b’mod
globali imma jaġixxi lokalment. Il-Mediterran se jibqa’ jinfluwenza
l-personalita’ tiegħi kemm emozzjonalment u kemm intelletwalment. B’xorti
ħażina x’uħud mill-mużiċisti jew kompożituri lokali jinsew li aħna parti
minn din l-kultura, b’hekk jissottovalutaw il-mużika indiġena tagħna”.
Kumment fil-programm ta' l-artista
Anabel
Cordina
“It-tema
tas-solitudni fil-belt mill-ewwel laqtitni. Kienet xi ħaġa li dejjem xtaqt
nesplora f’termini ta’ arti viżiva. Meta smajt bis-suġġett tal-produzzjoni
mill-ewwel bdew ġejjin ideat, li komplew tkattru meta qrajt ix-xogħlijiet
ta’ proża u poeżija tal-kittieba li qed jieħdu sehem f’din il-produzzjoni.
B’hekk nista’ ngħid li t-temi li għażilt li ninterpreta, kienu ġabra ta’
dawn l-esperjenzi.
Ix-xogħlijiet huma maħduma
f’kunċett minimalistiku u jirriflettu żewġ temi partikolari. L-idea ta
‘ingann’, fejn l-affarijiet mhumiex dejjem kif jidhru ma’ l-ewwel daqqa
t’għajn u dik ta’ l-aljenazzjoni; l-għażla (jew le) li ma taħsibx jew ma
tħossx, meta wiċċ imb’wiċċ ma’ avvenimenti fil-ħajja. Forsi dan jista’ jkun
forma ta’ korazza?
Użajt taħlita ta ‘media’ u
x-xogħlijiet huma esebiti fuq pedestalli li l-forma tagħhom tirrifletti l-
kaxxi, li wieħed ġeneralment jorbot ma’ l-idea ta’ belt.
Kien
avveniment interessanti ferm
Eric Azzopardi
(mużiċista)
It-tema tas-solitudni
ġiet trasmessa b’mod ċar mill-pinen artistiċi tal-kittieba. In-narrazzjoni
teatrali ta' Marcelle Teuma kienet dejjem friska u ħadt pjaċir ħafna
nismagħha tirrakkonta, partikolarment l-ewwel kitba [“Kieku Kont Hi”, ta’
Bernard Cauchi]. Il-mużika ta' Karl Fiorini, mużika li tikkomunika ħafna u
hi miktuba fuq stil kontemporanju, kienet tinħass
magħquda mal-ħsibijiet tal-poeti. L-atmosfera ġiet asserita sa mill-ewwel
noti tal-klarinett, u bħala semmiegħ kont miżmum il-ħin kollu attent.
L-erba’ mużiċisti taw ġieħ lix-xogħol, xogħol li nħass unit ħafna,
irrispettivament mill-individwalità ta' kull poeżija.
Excellent performers but...
Zillah Bugeja
(Editor, Sunday Circle)
Ok. I wasn't
sure what to expect. Not having read the booklet either, I just waited to
see what would happen.
I
was really impressed by Marcelle Teuma's performance. She is a great
actress and it baffled me that anyone could be articulate at such a speed.
Toni Attard was impressive as well.
It was a pleasant surprise to learn that the theme was prostitution my
Maltese isn't that good so I missed a lot, but that is the message that came
through.
I did not enjoy Karl's music. That is not to mean that I didn't appreciate
it, but it wasn't to my taste, and I thought it was extremely long. I could
not follow the singing, so switched off a bit. The performers were all
excellent and should be commended.
I was confused about whether the show had ended or not
[Tuesday performance]! I really thought it was just the intermission
and sneaked out for a quick drink, then after an hour realised that it had
ended.
Possibly, Karl's music could have been sandwiched
in the middle, a short break allowed and then ending with one of the other
excerpts.
I think that's it. Apologies for it not being more constructive but this is
just a quick message.
A Truly Unforgettable
Production!
Catherine
Camilleri
(University student)
With the production f’kull belt hemm kantuniera, Inizjamed
has reached a highly professional level.
I think it was the most impressive activity that the group
has offered to date. I went to
the production with the idea that I would
assist to a traditional musico-literary evening. But the first notes on the
piano made me review my
idea. For more than an hour, Fiorini plunged me into
another realm. The music required a concentrated effort
to listen because
some notes may have sounded inharmonious to the
unaccustomed ear. Fiorini translates the poetry intelligently
into a descriptive music that transmitted,
at instants, visual images. Fiorini found the
speed and mood for each poem, making use of an
array of styles. The blend of the two voices of
the actress and the soprano created an unconventional duo. They did an
excellent job in keeping in synchrony with the music.
Although the soirée was ephemeral, the emotions transmitted transcended
time and space, and these feelings are enclosed in the book, professionally
presented, that was available during the performances.
A truly unforgettable production!
Tappa fi Proċess
ta' Tiftix
Dr. Frank
Camilleri
(Għalliem u
performer)
Nemmen
li sforz artistiku għandu jkun iġġudikat mill-parametri li jistabilixxi hu
stess. Qiegħed nirreferi b'mod partikolari għal dak it-tip ta' xogħol li
jipprova jipproblematizza kunċetti u drawwiet li jaqgħu taħt il-kappa
tal-magħruf, dak it-tip ta' xogħol li skond il-kittieb Franċiż Jean-Francois
Lyotard jipprova jitlaq lil hinn minn dawk ir-regoli li huma magħrufa
permezz ta' tiftixa għal regoli oħra. Aktar milli “prodott ġdid”, dan it-tip
ta' xogħol jesplora “mezzi ġodda ta' espressjoni”.
Fil-fehma tiegħi, l-aħħar sforz ta' INIZJAMED, “F'Kull Belt hemm
Kantuniera”, jista’ jitqies minn dan il-lat. Mhux faċli tgħid “x'kien” dan
l-avveniment. Għalija mhux biżżejjed li jingħad li din kienet taħlita ta'
letteratura, mużika, u teatru. “Taħlita” timplika li hemm komponenti
separati li bħallikieku ġew mitfugħa f'borma bi ftit li xejn attenzjoni lejn
il-kimika li tressaqhom lejn xulxin. Huwa primarjament għal din ir-raġuni li
fil-każ ta' “F'Kull Belt Hemm Kantuniera” ma nistax nuża parametri la ta'
teatru (biex nikkummenta dwar ix-xogħol ta' Marcelle Teuma u Toni Attard),
la ta' mużika (biex nikkummenta fuq il-kompożizzjoni ta' Karl Fiorini u
l-performance ta' Caroline Calleja, Claire Massa,
Godfrey Mifsud, u Sarah Spiteri), u lanqas ta' letteratura (biex nikkunsidra
l-kitbiet ta' Clare Azzopardi, Stanley Borg, Norbert Bugeja, Priscilla
Cassar, Bernard Cauchi, Claudia Fiorini, Maria Grech Ganado, u Simone
Inguanez). Huwa diffiċli li nagħmel hekk mingħajr ma nkun qiegħed neskludi
elementi kruċjali li marru u li kienu fil-binja ta' dak li attendejna għalih
fil-25 u s-26 ta' Marzu fil-Kavallier ta' San
Ġakbu.
“F'Kull Belt Hemm Kantuniera” tista’ titqies bħala tiftixa ġenwina għal
parametri ta' inkontru bejn diversi forom ta' espressjoni. Din għalija diġà
hija inizjattiva ta' min ifaħħarha. Għax mhix xi ħaġa faċli, speċjalment
fid-dinja konsumista tal-lum fejn irridu kollox lest għall-konsum u fejn
diġà qed naħsbu, waqt li qed nikkunsmaw xi ħaġa, dwar dak li se nikkunsmaw
wara. Mhix faċli. Mhix faċli lanqas għall-kritiku li mhux mitlub ifittex
ix-xagħra fl-għaġina tat-teatru, jew dik tal-mużika, jew tal-kitba, imma li
huwa mitlub jikkunsidra l-parametri ta' avveniment bħal “F'Kull Belt Hemm
Kantuniera”. Xogħol il-kritiku f'dan il-każ għandu jkun li jkejjel
id-distanza/distanzi bejn ix-xogħol u l-parametri li dan ix-xogħol jipprova
jistabbilixxi. Ħafna drabi huwa impossibbli, għajr fit-teorija, li tissepara
l-uċuħ diversi ta' dawn id-distanzi.
Fil-fehma tiegħi “F'Kull Belt hemm Kantuniera” huwa sforz li rnexxa minħabba
din it-tiftixa fil-”mhux-magħruf”. Fil-fehma tiegħi “F'Kull Belt hemm
Kantuniera” m'għandux jitqies bħala xi ħaġa “lesta/kompluta” imma bħala
tappa waħda fi proċess ta' tiftix. It-tiftixa ta'
regoli u mezzi ġodda ta' espressjoni għandha tkun riċerka kontinwa u mhux
sempliċement ħaġa ta' darba. Il-fibra ta' INIZJAMED tinkixef jekk
proġett bħal “F'Kull Belt hemm Kantuniera” jitqies bħala punt ta'
tluq għal aktar tiftix aktar milli bħala punt ta' wasla.
Inizjamed at St James
Martina Caruana
Review -
The Sunday Times
THE Music Room
of St James Cavalier’s Centre for Creativity was the venue for an activity –
F’kull belt hemm kantuniera – presented by Inizjamed in collaboration with
Holiday Malta, the Valletta Rehabilitation Project and the Parliamentary
Secretariat within the Ministry for Education.
The activity presented various arts, such as music, prose, poetry, drama and
the visual arts in association, and was featured on two consecutive evenings
on March 25 and 26.
The programme began with actress Marcelle Theuma ably interpreting Bernard
Cauchi’s Kieku Kont Hi. She was later joined by actor Tony Attard for Taht
I-Incirata featuring poetry and prose by Claudia Fiorini and Clare Azzopardi
respectively. The performance of both items was gripping and musical in its
treatment of the inflections of the words together with their inherent
rhythm, melody and articulation.
This acted as a suitable prelude to the main item on the programme –
Solitudni fil-Belt – composed by Karl Fiorini to thematically unified
literary works by Norbert Bugeja (Café Jubilee, Ritratt), Maria Grech Ganado
(Sqaq Nru. 2), Priscilla Cassar (Erwieh), Claudia Fiorini (Ghadajjar
fil-Belt), Stanley Borg (Bejn Hajja u Mewt) and Simone Inguanez (Sqaq Nru.
1).
This 45-minute long single-movement work is scored for narrator (Marcelle
Theuma), mezzo-soprano (Claire Massa), violin alternating with viola (Sarah
Spiteri), clarinet alternating with bass clarinet (Godfey Mifsud) and piano
(Caroline Calleja). It leads the listener through a string of largely
interwoven sections in a union of different art forms.
The Lento atonal Café Jubilee, Ritratt section introduced the devices used
by the composer in other parts of Solitudni fil-Belt, a work that is replete
with elements of contrast and change.
Those that relate to texture were illustrated in the presentation of solo
passages together with others in various combinations as permitted by the
permutations offered by the musical elements chosen. Texture and timbre were
effectively exploited and explored through contrast and change and sometimes
they were responsible for the effective build-up and release of tension.
Elements of contrast and change were also evident in the melodic treatment
where drones, melodies hovering around a tonal centre and broad intervals
were featured. The former two of these elements certainly relate to the
composer’s affinity for his Mediterranean roots.
Contrast and change also featured in the handling of dynamics and tonal
shading. Sudden shifts and subtle transitions were noticeable. These
elements were further enhanced by members of the ensemble who occasionally
moved in parallel whilst others contradicted them. Similar devices were
noticeable in the treatment of articulation and special effects present in
the work.
Karl Fiorini also managed to create tension between passages where tonality
could be identified and others where this was obscured through dissonance.
Further interest was created through the juxtaposition of perfect intervals
with semitonal glissandos that defy traditional western systems and favour
the potential offered by the Mediterranean context.
Even though in terms of mood the various sections of the work essentially
reflected the theme of solitude within an urban surrounding, differences in
mood were evoked through the score and its interpretation.
Solitudni fil-Belt was interpreted by some of Malta’s fine young artistes
who together pooled resources and commitment to provide an interesting
reading of the score. Theirs was a collaboration that capitalised on each
other’s musicianship and technical ability to ensure a faithful rendition of
Fiorini’s composition.
Notwithstanding the technical difficulties presented by the score, the
quintet of artistes performed with security in order to guarantee success.
Even though it would take more than one performance of the work for the
listener to acquaint him/herself with the broad structural elements in the
score, the interpretation was engaging.
This article was published in The Sunday Times of April 6, 2003
© Allied Newspapers Ltd, 2003
It-Tensjonijiet ta’ Żmienna
Sergio Grech
(Kittieb)
Iktar
ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tafferma ruħha l-importanza li l-letteratura
għandha f'pajjiż; xi ħaġa li dejjem tqieset periferali. Fil-waqt li
l-letteratura ma tkejjilx il-progress jew ir-rigress ekonomiku jew politiku
ta' nazzjon, hi l-letteratura li qabelxejn għandha tagħti direzzjoni u
analiżi. Għax il-letteratura hi iktar minn eżerċizzju prattiku li jagħti kas
l-andament tas-suq jew l-opinion polls.
Il-letteratura ta' Malta m'għandhiex xi storja wiesgħa. Darba Ġużè Aquilina
garr li meta hu daħal l-Universita' ma sabx il-ġganti letterarji kif kellhom
il-professuri tat-Taljan jew ta' l-Ingliż. Imma għax il-letteratura hija
reazzjoni għall-kwotidanjetà, it-teorija ta' Aquilina llum waqgħet u b'xi
mod nistgħu nitkellmu fuq il-letteratura Maltija - letteratura li hi ħajja u
dinamika. Letteratura li tbaqbaq anki jekk ġieli saret l-akkuża li llum
għadha ma telgħetx ġenerazzjoni li tisfida l-kontenut tal-kittieba
tas-sittinijiet u toħloq diskors ġdid u għal kollox differenti. Anki jekk
din il-kritika tista' tiġi ġustifikata jekk taraha minn diversi angoli, ma
jistax jinqabeż il-kontribut ta' ċelloli importanti bħal Inizjamed.
Inizjamed
qed tirsisti favur diskors letterarju ġdid. Favur kitba kontemporanja. Dan
l-eżerċizzju jinvolvi l-kollaborazzjoni ta' diversi kittieba ta' etaijiet
varji u artisti minn kampijiet oħrajn bħall-mużika u l-pittura. Esperjenza
minn dawn kienet Bliet u Miti li l-konklużjoni tagħha ġiet
ippreżentata f'Marzu li għadda fil-Kavallier ta' San Ġakbu; lokal li suppost
kellu jġib ħafna kreattività fil-kamp kulturali lokali!
Mill-idea ħarġet pubblikazzjoni f'kull belt hemm kantuniera.
Il-pubblikazzjoni tinvolvi xi papers li ġew ippreżentati matul
il-proġett u xogħol letterarju li f'partijiet minnu ma jilgħabx ma’ l-iskemi
li ndraw bl-amment. Il-metafori qegħdin jinbidlu anki jekk b'pass ta' nemlu
u qed isiru attwali minkejja li fl-aħħar Premju Letterarju ingħadd li
l-awturi Maltin għadhom jissellfu l-metafori tas-sittinijiet. Stanley Borg
hu eżempju ta' dan. Il-poeżija tiegħu li tislef l-isem lill-pubblikazzjoni
ta' Inizjamed hi eżempju klassiku ta' dan. Il-metafori mhumiex iżjed
kontinwazzjonijiet jew riproduzzjonijiet bi ftit irtokk.
Inizjamed
ġabar miegħu grupp ta' kittieba nisa. Fost dawn, biex insemmu kampjun jew
tnejn, hemm Maria Grech Ganado li kulħadd jaf il-pinna tagħha kemm għandha
wisa’ ta' sitwazzjonijiet, burdati u emozzjonijiet, u Clare Azzopardi, li
qed taħdem fuq il-ġeneru ta' l-istorja. Azzopardi tuża lingwaġġ mit-triq.
Kważi kważi l-kliem tiġbru minn ħalq dawk li jgħaddu minn ħdejha. Il-lista
tinkludi lil Claudia Fiorini, Priscilla Cassar u Simone Inguanez, li
bil-varjetà tagħhom qed jagħnu mergħa. Finalment qed tinbet ġenerazzjoni
femminili li ma tibżax tartikola; element viżibbli ħafna f'Inguanez u
Fiorini.
Il-letteratura żagħżugħa llum hi ħajja. Ma nafx hix attività daqs
tas-sittinijiet. Imma xi ħaġa qed tgħid. Żgur li trid tirreġistra
t-tensjonijiet taż-żmien li qed ngħixu fih.
Kantunieri u Solitudni
Joyce Guillaimier
Fil-25 u s-26
ta' Marzu, ittellgħu żewġ serati minn Inizjamed fil-Music Room tal-Kavallier
ta' San Ġakbu. Dawn kienu żewġ serati ta’ mużika ispirata minn xogħlijiet
letterarji ta’ Bernard Cauchi, Clare Azzopardi, Claudia Fiorini, Norbert
Bugeja, Maria Grech Ganado, Priscilla Cassar, Stanley Borg u Simone
Inguanez.
L-ewwel tliet
kittieba pprovdew xogħlijiet li nqraw b’ħila minn Marcelle Teuma u Toni
Attard, żewg atturi żgħażagħ li jirrappreżentaw il-fergħa ġdida u
kontemporanja li dieħla bil-qajla fix-xena lokali - bla kantunieri, mingħajr
ebda attentat biex taħbi, tnaqqas jew tbiddel l-impatt ta’ sitwazzjonijiet,
djalogu u relazzjonijiet li jistgħu jaħsdu. Ix-xogħlijiet li nqraw kienu
“Kieku Kont Hi” ta’ Bernard Cauchi u “Taħt l-Inċirata ta’ Clare Azzopardi u
Claudia Fiorini.
Wara kien imiss
lil “Solitudni fil-Belt”, xogħol għal narratur, mezzo-soprano, violin/vjola,
klarinett/klarinett baxx, u pjanu, kompożizzjoni ġdida fjamanta ta' Karl
Fiorini, kompożitur żagħżugħ Malti li għad għandu biss 23 sena.
Ix-xogħol,
maqsum f'disa' partijiet, kien ispirat mill-poeżiji li jirriflettu aspetti
varji tal-ħajja ta' madwarna, iżda li fihom tippredomina t-tema
tas-solitudni. Kont nippreferi kieku kelli l-kliem tal-poeżiji għax kont
inkun nista' nsegwi aħjar il-burdati
differenti li
twasslu f’sensiela ta' kuntrasti mużikali.
Dawn
ma kinux biss fir-ritrnu u l-pass, imma anke fl-użu ta' passaġġi tonali u
oħrajn atonali. ll-kompożitur esplora fis-sħiħ l-użu ta’ timbri differenti,
anke billi uża l-vuċi umana bħala strument ieħor. Ammirajt ħafna lil
Marcelle Teuma (fir-ritratt) li tidher li għamlet
ħafna xogħol mal-mużiċisti, u kien hemm affjatament tajjeb bejniethom.
Il-vuċi umana kienet użata wkoll bil-kant tal-mezzo-soprano Claire Massa, li
ma kellhiex xi linja melodika ħafifa xi ssegwi, iżda bħal dejjem tat l-aħjar
tagħha.
Il-mużika, li
espremiet il-ħsibijiet tal-poeti, u anke stili u ġeneri mużikali differenti,
hi rnibnija fuq sistema ta' riflessi, b'partijiet li jiġu ripetuti
f'sezzjonijiet oħrajn. B’hekk jagħmilha eħfef għal min ikun qed jisma' li
jidentifika siltiet, temi u frażijiet, partikolarment jekk ikun qed jisimgħu
għall-ewwel darba.
Karl Fiorini,
li tana xogħol innovattiv, iżda fl-istess ħin imsensel fuq il-mużika qadima
tar-reġjun Mediterranju, kellu grupp ta’ mużiċisti intelliġenti u ddedikati
li kienu jinkludu lil Caroline Calleja, pjanu, Sarah Spiteri, vjolin/vjola,
Godfrey Mifsud klarinett/klarinett baxx, u s’intendi Claire Massa,
mezzo-soprano.
L-okkażjoni
ttellgħet minn Inizjamed, imħeġġa minn Adrian Grima, l-ideatur wara din
l-organizzazzjoni kulturali Maltija maħsuba biex iġġedded l-espressjoni
artistika fid-diversità kollha tagħha.
It-Torċa – L-20 ta'April, 2003
Kif ġie
integrat kollox
Simone Inguanez
Ħadt gost ħafna
bir-riżultati li kellna fir-rappreżentazzjonijiet - il-kitbiet, l-atturi,
il-kompożizzjonijiet, il-mużiċisti, is-sopran, l-arti viżiva, il-ktieb u
l-programm, il-fotografija, id-disinn ... il-mod kif ġie integrat kollox.
Era Solo un Happening?
Simone Mongelli
(Perkussjonista
Taljan)
Innanzitutto
il giudizio globale è sicuramente positivo, mi sembra che complessivamente
abbia funzionato. ti posso dire dei particolari che ho notato: siccome io
non capivo praticamente nulla delle parole, ho fatto parecchia attenzione ad
altri aspetti: il livello corporeo, la gestualità, la musica, il
"montaggio". sarò più sincero che posso.
La Musica
Per quanto
riguarda la musica ho già parlato con Karl, gli ho
detto che le mie uniche perplessità riguardavano l'inizio, che ho trovato un
po' lento nello sviluppo, un po' statico, e poi quella citazione di swing in
mezzo, che mi sembrava un po' troppo "glam", un cambio di stile sicuramente
legato alle parole, ma un po' troppo parodistico. sembrava citazione di un
mondo che in realtà il compositore non conosce, o un utilizzo di un
sottogenere di jazz in un contesto colto-contemporaneo, come a dire che il
jazz è adatto solo alle cose banali, quando la musica colta non può
abbassarsi al livello di un testo volgare. Non era meglio citare Offenbach,
o Lehar, o certo Strauss, se si voleva dare un effetto di "già sentito e
risentito, banale, volgare"...?
Gli Attori
Gli attori: perchè con i fogli in mano?? Se volete usare degli
attori perchè chi scrive non è in grado di recitare, allora vuol dire che
siete interessati alla componente "teatrale", ma un attore con le mani
impegnate e gli occhi che scorrono su di un foglio funziona a metà, o forse
meno... so che non volete far recitare i testi a memoria, non è un play
teatrale, ma direi che un bel leggìo potrebbe slegare almeno le mani degli
attori, facendo guadagnare in comunicatività!
Sinceramente: Toni mi è piaciuto molto, Marcelle non molto - nel senso che,
senza capire le parole e concentrandomi su altri tipi di espressività, ho
notato che usava toni e modi molto simili tra di loro, soprattutto la voce e
la dinamica. questo soprattutto durante la parte musicale: senza musica, non
capendo le parole, non riconoscevo il contesto del suo agire, sembrava che
stesse parlando più o meno sempre della stessa cosa. Ma con la musica la
distanza tra la sua azione e il contesto mi è risultata molto più evidente:
non l'ho vista capire le diverse atmosfere e soprattutto le diverse
dinamiche (piano e forte) della musica. Ai miei occhi, concentrati sulla
dimensione acustico-visivo-allusiva, e non sull'aspetto semantico, pareva
abbastanza evidentemente fuori contesto, "sopra le righe"...
Il Significato
Ultimo
Soprattutto:
qual era il significato ultimo della performance? Cioè, artisticamente, qual
è il progetto? C'è un progetto, di cui questa performance poteva essere
vista come una fase? Qual è la sperimentazione che si vuole portare avanti?
Cosa vi ha suggerito questa performance sulla strada da seguire? C'è stata
una riflessione su questi aspetti prima? Sinceramente l'impressione era che
fosse una cosa un po' fine a se stessa, estemporanea, singola, un evento
unico, preparato per quel giorno e basta.
Questa è la
cosa che mi è dispiaciuta di più, perchè le altre cose sono dettagli su cui
si può lavorare, ma la cosa che non ho visto (forse per errore mio, non
so...) è il progetto che stava alla base della performance. A cosa sta
lavorando Inizjamed, cosa vuole fare, o meglio, intorno a cosa vuole
sperimentare? musica + poesia? o questo era solo un happening? In fondo
poesia e musica insieme si sono già viste in moltissime forme, voi volete
fare qualcosa di nuovo? oppure vi interessa solo scrivere e stavolta c'è
stato il "contorno" della musica? scusami per tutte queste domande, ma le
risposte non erano chiare alla vista. come si inseriscono i singoli
contributi in un progetto di gruppo? insomma, hai capito cosa intendo...
Spero che queste osservazioni ti siano utili e spero di non essere stato
troppo cattivo con qualcuno... ma mi volevi
sincero, no?
Kien Hemm
Mumenti Li
Għoġbuni
Ħafna
Renzo Spiteri
(Perkussjonista)
Il-qari
kien tajjeb ħafna. Xtaqt ħafna illi konna fir-Teatru
(tond), però
naf illi din ħaġa li wieħed mhux dejjem ikollu kontoll fuqha.
Il-biċċa ta
Karl, "Solitudni fil-Belt", ħsibt ħafna fuqha.
Tkellimt ftit ma Karl wara li spiċċa kollox però
ma ħassejtx illi kelli nelabora wisq dak il-ħin, kemm għax ma kienx il-waqt,
kif ukoll għax kien ikun prematur min-naħa
tiegħi. Kien hemm mumenti li lili għoġbuni ħafna;
kien hemm mumenti li ddisturbawni. Ħadt gost meta
vera ħassejt li kien hemm fusion tajba bejn
il-kelma u il-mużika. Dawn kienu mumenti meta l-kliem ma kellux
għalfejn 'jisforza' ruħu
biex isib postu qalb in-noti mużikali. Kien hemm
bilanċ, kien hemm l-enerġija meħtieġa biex dawn
l-elementi jintrabtu flimkien.
Ħassejtni disturbat meta kelli ngħarrex sew biex
nifhem x'inhu jingħad għax ħassejt li l-mużika ħadet over wisq. U din
mhix kwistjoni ta' microphone għal
Marcelle Teuma u Claire
Massa biex jinħoloq il-bilanċ ġust;
hija kwistjoni ta'
texture mużikali li kellha fejn tkun iktar
kompatibbli mal-kelma. Ħassejt ukoll li l-parti ta'
Claire mhux dejjem kienet daqshekk effettiva u d-'diction' mhux
daqshekk ċara. Naħseb li kien ikun isbaħ kieku
ffukat iżjed fuq il-ħoss ("Malti",
jekk irridu nsejħulu hekk) milli t-teknika per
se tal-kant liriku (operatic). Però
l-effett tal-vuċi bħala strument ieħor kien effettiv u l-preċiżjoni
tal-parti li kellhom Marcelle u Claire flimkien
kienet tajba ħafna.
Għoġobni wkoll l-element ta' "sorpriża"...
per eżempju, fil-parti
"jazzy", Karl
irnexxielu joħloq effett veru sabiħ ta'
partijiet maqsumin bejn il-klarinett,
il-pjanu u l-vjolin, u
r-ritmu mgħaġġel tal-versi ta' Marcelle. Il-parti kellha feeling jazzy
mhux għax qalbet f'biċċa jazz. Bħalma qalli tajjeb ħafna Karl wara, kienet iżjed logħob ta'
linji strumentali li jidħlu f'xulxin, b'ritmi sinkopati u eżegwiti tajjeb
ħafna. Il-kuntatt, anki jekk b'ħarsa ħafifa, kien
importanti u ħadem ħafna.
Prosit mistħoqq lil kulħadd, inklużi l-awturi
ovvjament. Naħseb li kienet okkażjoni speċjali għax f'din is-serata kien
hemm affarijiet li seħħew għall-ewwel darba.
Grazzi lil kull min ta sehmu għal dan kollu.
Din Riċetta
Bnina
Tony Cassar Darien
Rajt
il-produzzjoni “f’kull belt hemm kantuniera” l-Erbgħa, 26 ta’
Marzu. Tassew ħadt pjaċir. Nifirħilkom.
Xi osservazzjonijiet għall-quddiem.
a) Inkwetani l-bilanċ fil-assjem tal-ħoss. Naħseb
li aħjar kien hemm surmast imexxi. Kieku l-bilanċ aħjar, naħseb illi ma
kinux jintilfu noti, l-aktar dawk sottili.
b) Xtaqt aktar għaqda u twaħħid fl-ilħna
tal-kantanta/narratriċi biex inħossu li waħda hija estensjoni ta' l-oħra u
viċi-versa.
ċ) xi forma ta' perkussjoni, barra li kienet
tgħin fid-drammatiċità, kienet tħalli l-klarinett aktar liberu biex jgħin
jikkrea aktar il-ħolqien ta' atmosfera.
Inħoss li kien hemm ħtieġa ta' aktar provi biex
l-affjatament ikun jinħass raffinat.
Mill-bqija: Din riċetta bnina. Din hija l'in
thing. Dan hu l-mod kif tikkomunika llum.
Prosit ... mingħajr kantunieri...
Produzzjoni
Professjonali
Martin Borg
(artist)
“f’kull
belt hemm kantuniera” kienet produzzjoni professjonali għall-aħħar u
oriġinali immens. Għalkemm ma nifhimx fil-mużika, naħseb li l-kompożizzjoni
kienet ibbażata fuq improvizzazzjonijiet li jaħsdu lill-pubbliku u li għenu
għad-drammatiċità tat-tema. Bħala kwalità ta' kitba naħseb li l-kittieba fi
ħdan l-Inizjamed għamlu qabżiet enormi fil-mod kif jittrattaw tema; hi
x'inhi t-tema. Għalkemm ma attendejtx il-workshops, jien naħseb li issa qed
taħsdu l-frott tagħhom.
Fusion of music and
literature
Inizjamed, St James Cavalier
Albert
G. Storace
(Music Critic)
A
talented team of young people put together an entertaining and
thought-provoking evening in the Music Room at St James Cavalier during
midweek. Actually, there were two performances, and I attended the second.
Members of
Inizjamed coordinate a number of cultural projects which are open to
participation by anybody interested. This particular one put together music
and readings of works specially written and composed on a theme, which is
not as "new" as some would think: the loneliness and alienation which urban
civilisation brings in its wake.
I was reminded
of Violetta's outburst in La Traviata, when she considers herself "...lost
and alone in the inhabited desert which they call Paris".
The project's
theme, "f'kull belt hemm kantuniera",
is rather difficult to translate into a full projection of the connotations
it implies. The street corner(s) where gossip abounds and spreads, where
malice and innuendo hold sway, where people are trapped within and without
themselves. Brash liveliness, coarse observations and humour, irony and
make-believe. This and more was evoked and spoken out in a number of
readings.
It began with
Marcelle Teuma's reading, with great verve, of Bernard Cauchi's
"Kieku Kont
Hi". It had a realism
which set the tone for the rest of the readings.
It was followed
by "Taћt
l-Inċirata",
part prose by Clare Azzopardi and part poetry by Claudia Fiorini. The
readers were Marcelle Teuma and Toni Attard.
Next, Karl
Fiorini's new composition Solitudni fil-Belt was performed by an ensemble
consisting of Caroline Calleja (piano), Sarah Spiteri (violin and viola),
Godfrey Mifsud (clarinet and bass clarinet), mezzo-soprano Claire Massa and
narrator (Marcelle Teuma).
Contributors to
the text were Norbert Bugeja with "Café Jubilee,
Ritratt", Maria Grech
Ganado with "Sqaq nru.
2"; Priscilla Cassar with "Erwieћ";
Claudia Fiorini with "Gћadajjar
fil-Belt"; Stanley Borg
with "Bejn
Ħajja u Mewt"
and Simone Inguanez with "Sqaq nru.1".
The biting
realism, often expressed in "popular" street language, as well as the other
moods expressed in words narrated and verses sung, were well reflected in
this challenging and very stimulating composition. Made up of nine sections,
it evidently creates sharp contrasts yet there is a structural cohesion,
balance and unity which makes the music all the more effective.
One should
think that nobody present left the Music Room unaffected by the whole
performance.
The Times,
29th March 2003
http://lifestyle.timesofmalta.com/article.php?id=1041
© Allied Newspapers Ltd, 2003
Vuċijiet Elokwenti
Lydia Zammit
(għalliema u xandara)
Qajla
nista’ nkun ta' għajnuna biex ngħinkom tirfinaw. L-ewwelnett, intom artisti
b'impenn kbir u jekk xi ħadd jista' jgħin huma l-vuċijiet ġewwenija ta'
l-artist innifsu. Ftit li xejn nemmen fil-kritiċi. Biex tkun kritiku tajjeb
trid tkun artista tajjeb ukoll!
U la semmejna
l-vuċijiet, ma taqbilx miegħi li Karl Fiorini rnexxielu jifhem u
jittraskrivi l-istorja twila u mqanqla mhux biss ta' Belt, ta'
ċiviltà xiħa
għakka u fl-istess ħin żagħżugħa u kontemporanja?
Niftakar f'Orlando (ta' Virginia Woolf) u l-pjanu f'ħin minnhom jixbah lil
dak ta' Ustvolskaya. Imma kif qal Pizarro, meta stil ifakkrek f'ieħor dan
għax l-artisti jkunu qed jilħqu l-għan tagħhom - li joqorbu u jqarrbuna lejn
il-verità. Il-vuċijiet fil-Belt ta' Karl jistkennu u jitrawmu
l-istess kif jagħmlu l-vuċijiet fis-solitudni elokwenti li jgħix fiha
l-artist. Ippruvawh fi spazju akbar dan l-istess xogħol u naħseb tiskopru
potenzjal ġdid ta' interpretazzjoni. (Ritratt hawn
fuq ta' Alexandra Pace)
Frans u l-Persjana
Ħamra
Claire Zerafa
(għalliema)
Rajt il-produzzjoni “f’kull belt hemm kantuniera” fl-ewwel serata. Kont naf
li kelli nara u nisma’ biċċa xogħol artistika differenti minn tas-soltu iżda
ma kontx naf eżattament x’qed nistenna. Poġġejt u stennejt b’kurżita’.
Ħassejt li l-introduzzjoni ta’ Norbert wriet li kien hemm diffikultà
dwar kif ser ikun il-bidu ta’ din il-produzzjoni. Filfatt kelli ġenn sabiex
jispiċċa dak li kellu jgħid ħa nara s-serata.
L-ewwel storja ta’ Bernard għoġbitni immens.
Marcelle rnexxielha ddaħħalni fl-istorja għax tatha kulur u għamlitha ħajja.
Stajt faċilment nara lil Frans u l-persjana ħamra ta’ kamritha. Ħassejt
it-tema tal-belt - it-triq bit-taraġ, in-nies, is-suq u s-solitudni.
It-tieni kitba ta’ Clare u Claudia laqtitni wkoll. Naturalment ma nistax ma
nikkumentax dwar kemm togħġobni l-kitba ta’ Clare. F’kull storja li smajt
kien hemm ritmu, dettal u ġġiegħel lis-semmiegħ jew qarrej jidħol fl-istorja
u jempatizza mal-karattri. F’kull lejla li torganizza Inizjamed dejjem immur
bit-tama li nsib xi biċċa xogħol tagħha. L-esperiment li għaqqdu l-proża
mal-poeżija kien wieħed interessanti. Iżda jkolli nsemmi d-diżappunt tiegħi
meta smajt lil Toni jaqra. Naħseb li dan l-attur normalment jitkellem
bl-Ingliż u l-Malti tiegħu m’għoġobni xejn.
Il-biċċa xogħol mużikali ta’ Karl għoġbitni wkoll. Naturalment jien ma
nifhimx fil-mużika iżda ħallejt lil din it-taħlita ta’ mużika u letteratura
jdaħħluni f’atmosfera ta’ belt bit-toroq u sqaqien. Il-mużika fil-bidu
daħħlitni f’atmosfera ta’ solitudni. Ħadt gost ħafna nisma’ ‘Bejn Ħajja u
Mewt’ ta’ Stanley Borg għax biddlitli l-burdata li
ntfajt fiha fl-ewwel biċċa.
Naħseb li l-konklużjoni jew għeluq wkoll kien xi ftit dgħajjef. L-udjenza
lanqas biss indunat li s-serata spiċċat. Kulħadd baqa’ bilqiegħda u kellu
jqum Karl biex in-nies jirrealizzaw li s-serata ntemmet.
“F’kull belt hemm kantuniera’ kienet produzzjoni fejn ir-riżultat kien
suċċess. Ħadt gost bin-numru ta’ kittieba nisa li ħadu sehem f’dan
il-proġett u l-idea li tgħaqqdu d-dixxiplina tal-mużika ma’ dik
tal-letteratura għoġbitni ħafna. Nittama li jsiru proġetti oħra fejn tkunu
aktar innovattivi. Suġġeriment li nixtieq ngħaddi huwa li tkun idea tajba li
kieku xi darba tagħmlu xi ħaġa teatrali bil-kitbiet. B’hekk ikollkom mużika,
letteratura u moviment f’produzzjoni waħda u sħIħa.
Żgur li xi ħaġa hekk tinżilli
għasel!
Prosit għal darb’oħra u nammira x-xogħol tagħkom fil-qasam ta’ l-arti! |