1
 

Inizjamed tidħol fi SKOP

il-Pjattforma ta' l-għaqdiet mhux governattivi Maltin

   
 

 

F'Mejju ta' l-2007 Inizjamed ġiet aċċettata bħala membru tal-Pjattaforma Maltija ta' l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam ta' l-iżvilupp u l-koperazzjoni internazzjonali.

 

Wieħed mill-proġetti ewlenin li Inizjamed għandha f’idejha bħalissa huwa Conectando Mundos, proġett edukattiv marbut l-aktar ma’ l-iskejjel u b’finanzjament mill-Unjoni Ewropea, li jippromwovi tagħlim dwar l-iżvilupp fid-dinja. Il-koordinatur tal-proġett min-naħa ta’ Inizjamed huwa Dominik Kalweit. Conectando Mundos huwa proġett mill-aqwa li ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-istudenti u l-għalliema fl-iskejjel Maltin.

Minħabba dan il-proġett, is-sehem ta' Inizjamed fil-kampanja STOPoverty u l-Forum għall-Ġustizzja u l-Koperazzjoni, u inizjattivi oħrajn, Inizjamed talbet biex tidħol fil-Pjattaforma Nazzjonali Maltija ta’ l-NGDOs. Dominik Kalweit qed jirrappreżenta lil Inizjamed f’din il-pjattaforma.