1
 

Għotja ta' Inizjamed lill-Fond għat-Taħdita Ġorġ Mifsud-Chircop

   
 
 
L-organizzazzjoni kulturali volontarja Inizjamed se tikkontribwixxi Lm100 għall-Fond imwaqqaf apposta mill-familja ta' Dr. Ġorġ Mifsud-Chircop biex perjodikament issir taħdita fuq il-Folklor Malti. 
 
Inizjamed qed tagħmel dan bħala turija ta' l-apprezzament tagħha għall-kontribut straordinarju li ta Dr. Mifsud-Chircop lill-istudju u l-apprezzament tal-kultura Maltija, speċjalment fil-kuntest Mediterranju tagħha. L-organizzazzjoni ta' Taħditiet dwar il-Folklor Malti tgħin biex titkompla r-riċerka kbira li saret minn Mifsud-Chircop u studjużi oħrajn u tħeġġeġ lil studjużi ġodda biex jidħlu f'dan il-qasam fejn hemm tant xogħol xi jsir.
 
Dawn l-istudji jgħinu mhux biss biex aħna l-Maltin nifhmu aħjar l-aspetti differenti tal-kultura Maltija imma anki biex napprezzaw aktar il-kulturi tar-reġjun tagħna. Dan jaqbel ma' l-inizjattivi ta' Inizjamed fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, inizjattivi li wasslu lill-Gvern Malti biex jagħżel lil Inizjamed (u lill-Orkestra Nazzjonali) bħala ambaxxatriċi Maltija tad-Djalogu Interkulturali għas-sena 2008.
 

Individwi u organizzazzjonijiet li jixtiequ jikkontribwixxu għal dan il-fond jistgħu jibagħtu ċekk f'dan l-indirizz: Fond għat-Taħdita Ġorġ Mifsud-Chircop, L-Uffiċċju tal-Finanzi, L-UniversitÓ ta' Malta. [English Version]

 

Adrian Grima

Koordinatur, Inizjamed

27 ta' Diċembru 2007